Home / News / Premju għall-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Back to News Premju għall-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Other 19th February, 2018 Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, se ssir fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana, nhar is-Sibt 24 ta’ Frar fl-10:30 ta’ filgħodu. Preżenti ser ikun hemm Miriam Teuma, is-CEO tal-Aġenzija Żgħażagħ, flimkien mal-kap eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Matul iċ-ċerimonja se jitħabbru l-ismijiet tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni. Wieħed minn total ta’ 3 manuskritti sottomessi ġie magħżul bħala r-rebbieħ minn bord indipendenti ta’ aġġudikazzjoni. Ir-rebbieħ se jirċievi trofew u ċertifikat biex jikkommemora l-avveniment flimkien ma’ premju finanzjarju ta’ 1000 euro. Sussegwentement, ir-rebbieħ se jiġi mitlub jiffirma kuntratt sabiex jingħata fondi għall-pubblikazzjoni tal-maunskritt ma’ pubblikatur lokali. Minbarra li jitħabbar ir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-2017, l-avveniment se jinkludi wkoll konferenza stampa li fiha se tiġi mħabbra s-sejħa għall-edizzjoni l-ġdida tal-Konkors. Matul iċ-ċerimonja se jinqraw siltiet mil-manuskritt rebbieħ. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More