Home / News / Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem Back to News Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem Fondi • Other • Pubblikazzjonijiet 25th July, 2017 Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa inizjattiva tal-KNK li għandha l-għan li trawwem it-tkabbir kulturali fis-settur tal-kotba billi tappoġġa kemm proġetti ta’ pubblikazzjoni kif ukoll proġetti edukattivi għall-awturi u l-pubblikaturi. Il-fond iġorr total ta’ 40,000 ewro biex jitqassmu bejn minimu ta’ 8 għotjiet. Għotjiet għal pubblikazzjoni huma maħsuba biex jappoġġjaw proġetti ta’ valur kulturali, edukattiv jew intellettwali ppruvat li jistgħu madankollu ma jkunux kummerċjalment vijabbli minħabba l-limitazzjonijiet tas-suq lokali. Għotjiet għall-edukazzjoni għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-awturi u l-pubblikaturi billi jiffinanzjaw parteċipazzjoni f’workshops, korsijiet u inizjattivi kulturali akkreditati li jistgħu jgħinu biex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom. Kull għotja għandha massimu ta’ 5,000 ewro. Kif Dieb il-Gemiem (Klabb Kotba Maltin, 2016) huwa l-prodott ta’ proġett li ngħata fondi fl-edizzjoni tal-2015 tal-Fond. Il-ktieb, li ġie ppubblikat is-sena li għaddiet, huwa ġabra ta’ rakkonti minn nassaba u l-kaċċaturi xjuħ tal-esperjenzi tal-kaċċa f’Malta mill-bidu tas-seklu 20 sal-bidu tas-sebgħinijiet. Kif jgħid fl-introduzzjoni tiegħu il-kittieb, Natalino Fenech, l-intenzjoni kienet li jiddokumenta aspett importanti tal-ħajja soċjali Maltija tal-imgħoddi. Natalino Fenech, li ġej minn familja ta’ kaċċaturi u nassaba, qatta’ aktar minn għoxrin sena jiġbor u jeditja ir-rakkonti li jidhru fil-ktieb. Il-pożizzjoni tiegħu fuq l-isport hija ċara u ġusta – ma jeskludix jew b’xi mod inaqqas ir-rwol li kellha l-kaċċa fit-tnaqqis tal-ħajja tal-għasafar f’pajjiżna. It-titlu stess tal-ktieb, b’djalett Malti, huwa stqarrija f’dan is-sens: l-għasafar, u mhux biss il-gmiem, spiċċaw. Min-naħa l-oħra, huwa jinnota li hemm fatturi oħra setgħu kellhom sehem: Il-kaċċa setgħet ma kinitx fattur determinanti, imma l-bexx, in-nuqqas ta’ xita u l-kaċċa flimkien, ukoll ikkontribwew għal dan in-nuqqas ta’ gamiem li qed naraw illum. Il-kaċċaturi u n-nassaba ta’ dari seta’ wkoll kellhom sehem fin-nuqqas tal-gamiem li qed naraw illum. Kif jgħid il-qawl Malti, tieħu bla ma trodd, is-swar tħott. Ma rridx niġġudika lin-nanniet tagħna, li bla dubbju, qatt m’għaddielhom minn moħħhom li l-qbid tagħhom seta’ kien qed jgħin inaqqas il-gamiem. Daqs dak gamiem! Fejn qatt bassru? Madankollu, il-ktieb mhuwiex dwar it-tajjeb u l-ħażin tal-kaċċa u l-insib. Ir-rakkonti jiddeskrivu era tal-passat tagħna meta t-tħassib dwar l-ambjent kien għadu ma kisibx l-importanza li għandu illum. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-għasafar li jinqabdu kienu jservu ta’ ikel għall-familji tal-kaċċaturi u oħrajn li ma setgħux jixtru sorsi oħra ta’ laħam. Kif Dieb il-Gamiem huwa dokument importanti li jiġbor aspett tal-ħajja soċjali Maltija li sparixxiet kważi għal kollox. B’mod partikolari, il-kultura ta’ qsim u sħubija li kienet teżisti fost il-kaċċaturi hija ħaġa li l-biċċa l-kbira tan-narratturi u l-awtur jilmentaw ħafna fuq in-nuqqas tagħha illum il-ġurnata. Il-ktieb huwa wkoll ta’ min ifaħħru għall-karattri memorabbli li jippreżenta u r-rakkonti tagħhom, li l-kittieb jżomm fil-lingwaġġ oriġinali tad-djalett Malti. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More