Home / News / Programm tal-Avvenimenti għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 back to news Programm tal-Avvenimenti għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 10th October, 2016 Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech Ganado, ir-rebbieħa tal-premju Lifetime Achievement Award tas-sena li għaddiet. Ser ikun hemm qari ta’ siltiet mill-poeżiji tagħha, taħdita mal-poetessa immexxijja minn Prof Charles Calleja, u l-pubbliku ser ikollu l-opportunità jiltaqa’ mal-poetessa sabiex isaqsi mistoqsijiet, jesprimi ammirazzjoni, jitlobha tiffirma kotba tagħha, eċċ. Dan ser iseħħ il-Ġimgħa filgħaxija, f’serata mimlija poeżija. Horizons ser jippreżentaw Ċelebrazzjoni ta’ Poeżija, avveniment ta’qari ddedikat lil uħud mill-poeti l-iktar maħbuba fost il-Maltin. F’avveniment ieħor, organizzat mill-KNK flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Poeti Maltin, ser jinqraw siltiet ta’ poeżiji u jitħabbru r-rebbieħa tal-konkors għall-poeżija Mons. Amante Bountempo. Letteratura ta’ lingwi barranin ser tkun rappreżentata tajjeb bl-istand tal-Istituto Italiano di Cultura fejn ser ikun hemm għadd kbir ta’ preżentazzjonijiet ta’ kotba u taħditiet mal-kittieba organizzati minn għadd ta’ pubblikaturi Sqallin; bl-istand tal-Ambaxxata ta’ Franza kif ukoll bil-parteċipazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol tal-Università ta’ Malta u l-Ambaxxata ta’ Spanja b’konferenza fuq Cervantes, maħsuba sabiex tfakkar l-400 sena mil-mewt tal-kittieb kbir, u li fiha ser jiġi ppreżentat DUN KIXOTT MILL-MANĊA (SKS), it-traduzzjoni Maltija ta’ Don Quixote f’għamla poetika minn Pawlu Montebello. Ser ikun hemm ukoll it-tnedija ta’ Malta Ħanina (Faraxa Publishing), it-traduzzjoni Maltija tax-xogħol tal-kittieb Franċiż Daniel Rondeau, li għaliha ser ikunu preżenti kemm il-kittieb kif ukoll it-traduttur Toni Aquilina. Fost l-avvenimenti speċjali għal din is-sena insibu ukoll żewġ konferenzi importanti. L-ewwel waħda ser tiftaħ il-festival nhar l-Erbgħa 9 ta’Novembru bl-isem Letteratura u Totalitarjanizmu. Il-ġurnalist Jurgen Balzan ser imexxi taħdita fuq lingwa, letteratura u totalitarjanizmu li fiha ser jieħdu sehem għadd ta’ mistiedna speċjali – Alek Popov, il-kittieb ta’ Mission: London u The Black Box, mill-Bulgarija, l-akkademiku, poeta u kittieb Britanniku Prof Patrick McGuinness, il-kittieba u attivista Eġizzjana Basma Abdel Aziz u l-poeta u kittieb Malti Immanuel Mifsud. L-oħra hija konferenza ta’ jum fuq il-kotba u l-litteriżmu bit-titlu Books and Literacy: yesterday, today and tomorrow, imħejja mill-NBC flimkien mad-Department of Library and Archive Sciences tal-Università ta’ Malta u l-Malta Libraries. Id-diskussjoni ser tesplora ir-relazzjoni tradizzjonali bejn il-kotba u l-litteriżmu fil-kuntest tal-evoluzzjoni tal-pubblikazzjoni tal-ktieb. Din is-sena il-festival ser joffri ukoll lill-pubbliku wirja mtella’ minn Kotba Calleja fuq it-tema tal-arti u l-artiġġjanat tal-ktieb. Apparti l-wirja nnifisha, li fiha ser jintwera biss xogħol ta’ artiġġjanat lokali, ser ikun hemm taħditiet, dimostrazzjonijiet u anke workshop. Kull kittieb barrani li ser jieħu sehem fil-konferenza fuq letteratura u totalitarjaniżmu ser jidher ukoll f’attività separata sabiex jippreżenta x-xogħol tiegħu, jitkellem fuq ħajtu u fuq xogħolu u jwieġeb għal mistoqsijiet mill-pubbliku. Kważi l-istands kollha tal-pubblikaturi u d-distributuri tal-kotba, b’mod speċjali dawk tal-Merlin Publishers, Faraxa Publishing u BDL Books, ser iħejju ħafna attivitajiet kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar u b’hekk jassiguraw li l-programm tal-Festival ikun varjat u edukattiv ħafna b’mod li jappella li kull min iħobb il-kotba. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival żur il-paġna tal-Festival fuq Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More