Home / News / Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ Back to News Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Wiċċ imb Wiċċ 29th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi programm ġdid tat-TV f’kollaborazzjoni ma’ Antonella Axisa. Il-programm iġib l-isem ta’ “Wiċċ imb Wiċċ” u kull episodju huwa mfassal fuq il-qari ta’ silta minn xogħol letterarju Malti kontemporanju. Il-qari ser isir minn Antonella Axisa. Il-programm se jixxandar fuq it-TV Nazzjonali kull nhar ta’ Tlieta fis-7:30 ta’ filgħaxija qabel l-aħbarijiet tat-8. Verżjoni itwal tal-programm ser tidher fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube il-ġurnata ta’ wara fejn Antonella ser tkun qed titħaddet fil-fond mal-awtur dwar għadd ta’ mistoqsijiet u suġġetti relatati mal-ktieb – is-sors ta’ ispirazzjoni, il-kuntest soċjo-politiku tan-narrativa, il-viżjoni tal-kittieb, eċċ. Min jixtieq isegwi l-verżjoni sħiħa tal-programm, jista’ jagħmel dan direttament mill-paġna FB tal-Kunsill. L-ewwel episodju se jidher nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru, il-ġimgħa d-dieħla, u ser jittratta r-rumanz Fittixni ta’ Antoinette Borg. Fittixni ġie magħżul bħala finalist għall-Premju Terramaxka 2017 fil-kategorija ta’ xogħlijiet oriġinali għall-etajiet 13 – 16. Il-kittieba, Antoinette Borg, rebħet il-Konkors Letterarju ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2017. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lil Antonella Axisa, il-ħaddiema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg li ħadu ħsieb id-dettallji tekniċi, kif ukoll lill-Brikkuni tal-permess sabiex tintuża’ l-mużika tagħhom fil-programm. Fl-istess ħin jistieden lill-pubbliku jsegwi l-programm kemm fuq it-TV, kif ukoll fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More