Home / News / Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 Back to News Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 8th November, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn il-kotba ser jiġu ċelebrati tul il-Festival f’serje ta’ attivitajiet immirati għall-istudenti li jżuru l-Festival filgħodu mal-iskejjel tagħhom. Hawn taħt hawn mniżżla r-rebbieħa kollha tal-Premju Terramaxka fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (0-7 SNIN) Mingu ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers Limited). Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA) Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Każ Manduca ta’ John A. Bonello (Merlin Publishers Limited). Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦALL-ADOLEXXENTI (13-16-IL SENA) Djamantini ta’ Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja, Pembroke. Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (0-7 SNIN) Vjoletta ta’ Loranne Vella (Merlin Publishers Limited) traduzzjoni tal-ktieb ‘Violeta’ ta’ Abril Calero. Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (8-12-IL SENA) Il-Leġenda ta’ San Ġorġ u d-Dragun ta’ Pierre J. Mejlak (Merlin Publishers Limited) traduzzjoni ta’ ‘La llegenda de Sant Jordi i el Drac’ ta’ Laura Vaqué. Premju għall-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB: PREMJU TERRAMAXKA 2015 Merlin Publishers għall-ktieb Mingu ta’ Clare Azzopardi. Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL BEJN 0-7-IL SENA Lisa Falzon għal Mingu. Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA) Lisa Falzon għal Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Kaz Manduca. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More