Home / News / Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 Back to News Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 8th November, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn il-kotba ser jiġu ċelebrati tul il-Festival f’serje ta’ attivitajiet immirati għall-istudenti li jżuru l-Festival filgħodu mal-iskejjel tagħhom. Hawn taħt hawn mniżżla r-rebbieħa kollha tal-Premju Terramaxka fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (0-7 SNIN) Mingu ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers Limited). Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA) Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Każ Manduca ta’ John A. Bonello (Merlin Publishers Limited). Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦALL-ADOLEXXENTI (13-16-IL SENA) Djamantini ta’ Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja, Pembroke. Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (0-7 SNIN) Vjoletta ta’ Loranne Vella (Merlin Publishers Limited) traduzzjoni tal-ktieb ‘Violeta’ ta’ Abril Calero. Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (8-12-IL SENA) Il-Leġenda ta’ San Ġorġ u d-Dragun ta’ Pierre J. Mejlak (Merlin Publishers Limited) traduzzjoni ta’ ‘La llegenda de Sant Jordi i el Drac’ ta’ Laura Vaqué. Premju għall-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB: PREMJU TERRAMAXKA 2015 Merlin Publishers għall-ktieb Mingu ta’ Clare Azzopardi. Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL BEJN 0-7-IL SENA Lisa Falzon għal Mingu. Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA) Lisa Falzon għal Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Kaz Manduca. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More