Home / News / Reġistrazzjonijiet u nħawi differenti – Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba back to news Reġistrazzjonijiet u nħawi differenti – Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 14th October, 2021 Fi ftit ġimgħat oħra se jirritorna l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba b’mod fiżiku ċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Se jiġu segwiti r-regolamenti kollha tas-saħħa sabiex kull persuna li tiġi Ta’ Qali jkollha l-aħjar esperjenza u tieħu li tista’ minn dan l-avveniment nazzjonali. Bil-parteċipazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ esebituri minn oqsma varji fl-industrija tal-kotba, u bi programm kulturali li jattira interessi differenti, Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar avveniment fil-kalendarju kulturali Malti relatat mal-kotba u l-qari. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi aktar minn 70 attività mifruxa fuq ħamest ijiem u organizzati minn 40 esebitur differenti f’ħidma mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mistoqsijiet Frekwenti – irrid nibbukkja? Se jkun hemm żewġ bnadi differenti li għandhom skop distint waqt il-Festival – dik li qed insejħulha l-Ħanut tal-Kotba, u n-naħa tal-avvenimenti fejn se jsiru l-attivitajiet kollha hekk kif jidhru fil-programm. In-naħa tal-ħwienet tal-kotba tiġbor tista’ tgħid lill-pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba, u għaqdiet l-oħra kollha relatati mal-industrija tal-kotba f’Malta (pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba, kittieba awtoppubblikati, NGOs u entitajiet oħra). Kull min jiġi l-MFCC għandu quddiemu eluf ta’ kotba minn fejn jagħmel ix-xirja tiegħu, fosthom kotba lokali u minn barra. Għal din in-naħa m’hemmx bżonn ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19 u lanqas test tal-PCR, iżda mal-bieb se tittieħed it-temperatura u l-maskla trid tintlibes il-ħin kollu. M’hemmx bżonn reġistrazzjoni biex tattendi ż-żona tal-ħwienet tal-kotba. Mhux se jkun hemm attivitajiet fl-istands tal-esebituri. Is-swali – irrid nirreġistra? L-avvenimenti se jseħħu f’4 swali differenti, kull waħda bid-dħul u l-ħruġ tagħha. F’dawn se jiġu organizzati l-qari, id-diskussjonijiet, u l-performances. Ladarba r-reġistrazzjoni għal kull avveniment hi mandatorja, ħares lejn il-programm online li fih hemm kull avveniment u l-informazzjoni kif tirreġistra. Id-dħul għall-avvenimenti jirrikjedi tilqima valida kontra l-Covd-19, minbarra t-tfal. Attivitajiet tat-tfal – se jerġa’ jkun hemm żjarat tal-istudenti u xows għall-familja? Minbarra d-diversi attivitajiet għat-tfal li qed jorganizzaw l-esebituri, ngħidu aħna qari animat, xows bil-marjunetti, addattamenti ta’ kotba popolari tat-tfal u aktar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa ħsieb li jkun hemm programm tajjeb għall-istudenti filgħodu u l-familji filgħaxija. Filgħodu fost il-ġimgħa t-tfal tal-iskola li ġew irreġistrati għall-programm online se jintbagħtilhom il-kwizz interattiv ‘Fejn Hemm il-Kotba Hemm il-Maġija’ bi stejjer, awturi, u karattri mill-aħjar kotba lokali tat-tfal. L-istudenti rreġistrati biex jiġu fiżikament l-MFCC jkunu jistgħu jużaw il-vawċer fil-Ħanut tal-Kotba. Kif tirreġistra għax-xows? Kuljum waranofsinhar Danusan se jtellgħu x-xow għall-familja ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’. Ix-xow se jsir l-MFCC fis-6:30pm l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, u żewġ xows itwal is-Sibt u l-Ħadd fl-4:30pm. Għal dawn ix-xows trid tibbukkja minn fuq showshappening.com u tagħżel id-data. F’xows teatriċi, kif ukoll għal kull attività oħra tat-tfal fil-programm tal-attivitajiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja iżda m’hemmx għalfejn jiġi ppreżentat ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19 la mit-tfal u lanqas mill-adulti li jakkumpanjaw lit-tfal. L-edukaturi jistgħu jagħżlu bejn li jirreġistraw lill-istudenti għal żjara fiżika l-MFCC inkella għal biex isegwu l-programm online. Min jista’ jsarraf il-vawċer ta’ €5? Kull student irreġistrat (sija jekk ġej fiżikament, sija online) se jirċievi vawċer ta’ €5 li jista’ jissarraf mill-Ħanut tal-Kotba f’kull ħin tal-Festival, inkella mis-sit online ta’ kull esebitur. Il-vawċers jistgħu jissarrfu online anki mill-istudenti. Dis-sena anki l-istudenti post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex huma eliġibbli li jirċievu l-vawċer biex jissarraf fi żmien il-Festival. Irreġistra għal xi avvenimenti li jinteressawk minn hawnhekk. Trid tikklikkja fl-avveniment u ssegwi d-deskrizzjoni biex tirreġistra. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna Malta Book Festival 2021 – The Bookshop edition u s-sit tal-KNK www.ktieb.org.mt Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba se jkun miftuħ l-Erbgħa, il-Ħamis, u l-Ġimgħa mid-9am sas-1pm, u mill-5:30pm sad-9:30pm. Is-Sibt mid-9:30am sal-10:30pm, u l-Ħadd mit-8:30am sat-8pm. . SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More