Home / News / Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Back to News Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffaċilita intervista mal-kittieb u artist Ryan Falzon, wara li fiċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 ingħata l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Dan l-artiklu nkiteb minn Emma Borg mis-Sunday Times of Malta, u jittratta t-tħassib u l-ambizzjonijiet ta’ Falzon bħala kittieb ġdid, huwa u jfittex li jleħħen lill-ġenerazzjoni ta’ żmienu fil-forom artistiċi differenti tiegħu. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti huwa wieħed minn żewġ premji speċjali li jingħataw waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – l-ieħor huwa l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, li dis-sena mar għand l-istoriku, kritiku tal-arti u avukat tad-drittijiet tal-bniedem Giovanni Bonello. Dawn il-premji speċjali jlaqqgħu iż-żewġ trufijiet tal-vjaġġ tal-letteratura f’Malta, billi tal-ewwel jippremja lil dik il-vuċi ġdida u promettenti li qed tħabrek sabiex tagħti direzzjonijiet ġodda lil-letteratura f’Malta, u tat-tieni jweġġaħ lil dik jew dak l-awtur li ħalla impatt fuq ix-xena lokali wara ħajja ta’ kitba. Falzon intgħażel għal dal-premju b’maġġoranza mill-KNK u l-membri tal-bord tiegħu. Falzon ħalla l-marka tiegħu fil-qasam letterarju bil-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz tiegħu Sajf (Kotba Calleja) fl-2022, li għamilha mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u tfaħħar għal kif artikula b’mod astut l-ispirtu u l-buri ta’ ġenerazzjoni sħiħa ta’ millenarji Maltin. Minkejja dan, Falzon huwa diġà figura stabbilita fil-qasam artistiku f’dawn l-aħħar snin, u esebixxa l-arti viżiva tiegħu kemm Malta kif ukoll f’Berlin. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mhuwiex biss premju li jingħata lil awturi li juru talent partikulari; il-premju jqis ukoll l-iżvilupp tas-sengħa letterarja u artistika ta’ dik jew dak li jmur għandu l-premju, b’mod partikulari lejn it-tħabrik personali tal-kittieb sabiex itejjeb senegħtu billi, fost oħrajn, jipparteċipa f’workshops, masterclasses jew korsijiet, inkella bil-preżenza sinjifikanti tiegħu fil-komunità tal-kittieba b’firxa ta’ xogħlijiet esperimentattivi. Tista’ taċċessa l-intervista sħiħa fuq is-Sunday Times of Malta hawnhekk. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More