Home / News / Sejħa għal Proposta: Xeħta Ġdida għal-Logo tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) back to news Sejħa għal Proposta: Xeħta Ġdida għal-Logo tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) Other 12th January, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed ifittex ideat għal xeħta ġdida tal-logo ewlieni tiegħu, kif ukoll għal oħrajn sekondarji li jintużaw għal proġetti u inizjattivi varji tiegħu.Nemmnu li din l-identità l-ġdida se tkun qed tirrifletti l-evoluzzjoni tal-identità u l-missjoni tagħna, anki bħala l-punt ta’ tluq lejn tiġdid sostanzjali tas-sit kif ukoll it-tnedija tal-Istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 2025-2028 fi ktiba f’Diċembru tal-2024. Hawn taħt issib it-Talba għall-Proposta: DAĦLA Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden individwi jew aġenziji interessati li jissottomettu proposta għad-disinn u l-iżvilupp ta’ identità u brand korporattiva. Din l-inizjattiva hija parti mit-tħabrik sabiex inġeddu l-immaġni tal-brand tagħna u noħolqu rappreżentazzjoni moderna u li tolqot tal-identità tal-KNK. SFOND Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa msieħeb ewlieni f’Malta li jippromwovi l-letteratura u l-qari. Jieħu ħsieb l-industrija lokali tal-kotba, billi jipprovdi servizzi differenti għall-awturi u l-pubblikaturi: jorganizza l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Fond Malti tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, jamministra l-Jeddijiet tas-Self Pubbliku, jorganizza konkorsi letterarji differenti, u huwa wkoll l-aġent lokali tal-ISBN u l-ISMN. Bħala entità, il-KNK jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u dejjem tqies bħala parti integrali mill-infrastruttura edukattiva pubblika. L-għan tagħna hu li nrawmu mħabba għall-kotba u l-qari billi nassiguraw li l-letteratura jkollha rwol ċentrali fil-ħajja kulturali tan-nazzjon. ktieb.org.mt X’QED INFITTXU Peress li l-KNK inbidel u evolva tul is-snin, neħtieġu wiċċ ġdid bi storja li tirrifletti l-identità kurrenti u l-avvanzi li saru fil-missjoni tagħna. Qed infittxu dehra friska u moderna li tweġġaħ l-irwol tagħna bħala entità xprunata mill-komunità. Il-brand aġġornata għandha turi li aħna kommessi li nwieżnu lill-imsieħba tagħna u lill-industrija tal-pubblikazzjoni, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali. PREREKWIŻITI Qed infittxu kumpanija jew individwi b’għarfien sinjifikanti u esperjenza fl-iżvilupp u t-tnedija tal-brands, partikularment fis-settur kulturali. Kull esperjenza fl-aċċessibbiltà u l-ħidma ma’ organizzazzjonijet li għandhom x’jaqsmu mal-letteratura hija vantaġġjuża. L-ISKOP TAX-XOGĦOL Il-kumpanija jew individwu magħżula jkunu mistennija jaħdmu fuq: Żvilupp tal-Brand: li jinkludi l-ippużizzjonar tal-brand, in-narrattiva, il-messaġġi ewlenin, slowgan/tagline, il-logo, il-fontijiet tal-brand, l-ippużizzjonar fis-suq, il-personalità u elementi kreattivi oħra. L-Identità tal-Brand: id-definizzjoni tad-damma tal-kuluri u l-linji gwida dwar kif tidher u tinħass il-brand, kif ukoll għażla jew suġġerimenti dwar l-immaġni. Ir-Relazzjonijiet tal-Brand: ir-rakkomandazzjoni ta’ strateġiji sabiex il-brand tħaddan fiha brands oħrajn iżgħar. L-Iżvilupp tal-Assi: il-ħolqien ta’ linji gwida tal-brand, preżentazzjonijiet, e-signatures, u assi oħra kif mitlub. Is-sit: rakkomandazzjonijiet dwar l-istrateġija għas-sit fi qbil mal-brand il-ġdida. Mezzi Soċjali: ideat dwar kif ikunu applikati bl-aħjar mod il-linji gwida tal-brand għall-preżenza tal-KNK fuq il-mezzi soċjali. L-ISKEDI U L-PUNTI TA’ WASLA EWLENIN Is-sottomissjoni tal-proposti sat-22 ta’ Jannar 2024. L-intervisti u l-għażla tal-aġenzija/individwu lejn l-aħħar ta’ Jannar 2024. Il-fażijiet tal-iżvilupp tal-brand jitlestew sa Marzu 2024 (il-logo ewlieni) u Mejju 2024 (il-logos sekondarji). It-tnedija tal-brand f’Diċembru 2024. IL-BINJA TAL-PROPOSTA Dawk interessati jridu jissottomettu: Daħla dwar il-kumpanija Is-CV tal-impjegati inkwistjoni Il-Budget L-iskedi taż-żmien Xi kampjuni ta’ xogħol imgħoddi (il-portafoll) u referenzi minn klijenti Il-proposta: deskrizzjoni ta’ kif se tersaq lejn dal-proġett u kif beħsiebek tagħti l-ħajja lill-kunċett Skeda taż-żmien iddettaljata għat-tlestija tax-xogħol skont iż-żmien allokat Kull tip ta’ informazzjoni oħra li tixħet dawl fuq il-kapaċita għat-teħid ta’ dax-xogħol ĦLAS Il-ħlas huwa ta’ €4,500 mingħajr VAT, u jinkludi kollox imsemmi hawn fuq. Dan ifisser l-Iżvilupp tal-Brand, l-Identità tal-Brand, ir-Relazzjonijiet tal-Brand, l-Iżvilupp tal-Assi, l-Applikazzjoni tal-Brand għas-Sit u l-Mezzi Soċjali, trid tinkludi kampjuni tax-xogħol It-termini tal-ħlas huma negozjabbli IKKUNTATTJANA Jekk jogħġbok ibgħat il-proposta tiegħek lil teodor.reljic@gov.mt, u kkopja lil simona.cassano@ktieb.org.mt sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Jannar 2024. Ħerqanin nirċievu l-proposti kreattivi tagħkom u biex naħdmu ħalli ntejbu l-identità tal-brand tal-KNK. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More