Home / News / Sejħa għal Traduttur u Editur: Poeżiji ta’ Dun Karm Psaila Back to News Sejħa għal Traduttur u Editur: Poeżiji ta’ Dun Karm Psaila Inizjattivi • Other 1st December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jiftaħ proġett ġdid ta’ traduzzjoni ta’ importanza ewlenija għal pajjiżna – il-pubblikazzjoni ta’ ġabra ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila, maqlubin għall-Ingliż. It-tmexxija tal-proġett ġiet mogħtija lill-KNK mill-gvern bl-għan li x-xogħol tal-poeta nazzjonali ta’ Malta, wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-letteratura moderna Maltija, ikun jista’ jiġi moqri minn qarrejja f’pajjiżi differenti madwar id-dinja. Għal dan il-għan, il-Kunsill qed ifittex li jqabbad persuna kwalifikata u ta’ esperjenza, kemm bħala traduttur kif ukoll bħala editur, sabiex jiġbor u jittraduċi ġabra tal-aħjar poeżiji ta’ Dun Karm. Il-proċess tal-pubblikazzjoni u l-amministrazzjoni se jkun immexxi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li ser iżomm id-dritt tad-deċiżjoni finali rigward l-għażla ta’ poeżiji, il-kwalità tat-traduzzjoni u aspetti oħra tal-ktieb (l-istil, il-format u l-informazzjoni fil-paġni preliminarji). It-traduttur / editur magħżul ser jkun jista’ jinvolvi tradutturi oħra fil-proġett taħt l-tmexxija tiegħu jew tagħha bħala editur. Dawk li jixtiequ japplikaw għandhom jibgħatu traduzzjoni tagħhom ta’ għażla ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila. M’hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ traduzzjonijiet li wieħed jista’ jissottometti, iżda kull applikazzjoni għandha tinkludi ukoll ittra ta’ intenzjoni b’ġustifikazzjoni, curriculum vitae, biblijografija, eżempji tat-traduzzjoni (traduzzjoni kampjun), pjan tal-proġett bl-istimi għas-servizzi u kopja tal-karta tal-identità tal-applikant. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrevedi l-applikazzjonijiet kollha għall-eliġibbiltà amministrattiva u mbagħad jaħtar bord indipendenti ta’ akkademiċi u tradutturi għall-proċess ta’ aġġudikazzjoni u għażla. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (c/o Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800) sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju 2018. Tista’ tniżżel il-kriterji ta’ għażla minn din il-ħolqa. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More