Home / News / Sejħa għal Traduttur u Editur: Poeżiji ta’ Dun Karm Psaila Back to News Sejħa għal Traduttur u Editur: Poeżiji ta’ Dun Karm Psaila Inizjattivi • Other 1st December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jiftaħ proġett ġdid ta’ traduzzjoni ta’ importanza ewlenija għal pajjiżna – il-pubblikazzjoni ta’ ġabra ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila, maqlubin għall-Ingliż. It-tmexxija tal-proġett ġiet mogħtija lill-KNK mill-gvern bl-għan li x-xogħol tal-poeta nazzjonali ta’ Malta, wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-letteratura moderna Maltija, ikun jista’ jiġi moqri minn qarrejja f’pajjiżi differenti madwar id-dinja. Għal dan il-għan, il-Kunsill qed ifittex li jqabbad persuna kwalifikata u ta’ esperjenza, kemm bħala traduttur kif ukoll bħala editur, sabiex jiġbor u jittraduċi ġabra tal-aħjar poeżiji ta’ Dun Karm. Il-proċess tal-pubblikazzjoni u l-amministrazzjoni se jkun immexxi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li ser iżomm id-dritt tad-deċiżjoni finali rigward l-għażla ta’ poeżiji, il-kwalità tat-traduzzjoni u aspetti oħra tal-ktieb (l-istil, il-format u l-informazzjoni fil-paġni preliminarji). It-traduttur / editur magħżul ser jkun jista’ jinvolvi tradutturi oħra fil-proġett taħt l-tmexxija tiegħu jew tagħha bħala editur. Dawk li jixtiequ japplikaw għandhom jibgħatu traduzzjoni tagħhom ta’ għażla ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila. M’hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ traduzzjonijiet li wieħed jista’ jissottometti, iżda kull applikazzjoni għandha tinkludi ukoll ittra ta’ intenzjoni b’ġustifikazzjoni, curriculum vitae, biblijografija, eżempji tat-traduzzjoni (traduzzjoni kampjun), pjan tal-proġett bl-istimi għas-servizzi u kopja tal-karta tal-identità tal-applikant. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrevedi l-applikazzjonijiet kollha għall-eliġibbiltà amministrattiva u mbagħad jaħtar bord indipendenti ta’ akkademiċi u tradutturi għall-proċess ta’ aġġudikazzjoni u għażla. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (c/o Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800) sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju 2018. Tista’ tniżżel il-kriterji ta’ għażla minn din il-ħolqa. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More