Home / News / Sejħa għal xogħol part-time bħala Assistant Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sejħa għal xogħol part-time bħala Assistant Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other 11th December, 2020 Temmen li għandek dak li hu meħtieġ biex taħdem f’wieħed mill-aktar dipartimenti tal-Gvern b’reputazzjoni għolja? L-industrija tal-pubblikazzjoni kibret fl-aħħar snin u magħha kiber u sar aktar professjonali t-tim tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Għalhekk bħalissa qed infittxu biex insaħħuh. Bil-ħidma tiegħek fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se tkun qed tikkontribwixxi biex l-industrija lokali tal-kotba tkompli tikber u b’hekk tkun tista’ tmantni l-imsieħba kollha li jiffurmawha. L-istaff tal-KNK jimpjega ħilietu biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u dejjiema ħalli s-sapport lill-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, it-tradutturi u l-edituri ma jonqosx. Għandna tim kapaċi li jikber billi nitgħallmu minn xulxin, minkejja li kulħadd hawnhekk beda bi rwoli żgħar. Qegħdin noffru karriera, mhux impjieg biss. Dak il-kandidat jew dik il-kandidata li jkollu l-aktar ħeġġa biex jikber professjonalment jintgħażel. Inwiegħdu ambjent ta’ ħidma inklussiv u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Qegħdin infittxu kandidat jew kandidata li hija kommessa u għandha passjoni għal dax-xogħol, li tikber f’ambjent multikulturali, u li mħajra ġġib magħha ideat innovattivi, ħiliet u soluzzjonijiet. L-Assistant Manager se jkun qed jgħin fil-preparazzjoni, l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-avvenimenti u l-proġetti tal-KNK, jissettja l-kampanji tal-marketing, jikkomunika mal-imsieħba u joffri daqqa t’id fix-xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. L-impjieg qed jiġi offrut fuq bażi part-time ta’ 20 siegħa ħidma fil-ġimgħa. X’inhu meħtieġ: Edukazzjoni f’livell universitarju Għarfien tajjeb tal-Microsoft Office u l-mezzi soċjali Ħakma tajba tal-Malti u l-Ingliż Esperjenza fl-industrija tal-kotba Liċenzja tas-sewqan Sfortunatament, minħabba n-numru ta’ applikazzjonijiet li nirċievu s-soltu meta noħorġu sejħa, mhux se nikkunsidraw kandidati li m’għandhom ebda rabta mal-industrija tal-kotba, jew li ma jkunu ħadmu qatt fil-pubblikazzjoni, jew li ma jkollhomx għarfien bażiku tal-kotba, il-letteratura ġenerali jew il-letteratura Maltija. Biex tapplika u tkun taf ukoll il-kundizzjonijiet tas-salarju ibgħat is-CV tiegħek u l-ittra dwarek lil Joe Debattista fuq joe.debattista@gov.mt sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Jannar 2021. L-intervisti jibdew it-Tnejn 18 ta’ Jannar. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More