Home / News / Sejħa għal xogħol part-time bħala Assistant Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sejħa għal xogħol part-time bħala Assistant Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other 11th December, 2020 Temmen li għandek dak li hu meħtieġ biex taħdem f’wieħed mill-aktar dipartimenti tal-Gvern b’reputazzjoni għolja? L-industrija tal-pubblikazzjoni kibret fl-aħħar snin u magħha kiber u sar aktar professjonali t-tim tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Għalhekk bħalissa qed infittxu biex insaħħuh. Bil-ħidma tiegħek fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se tkun qed tikkontribwixxi biex l-industrija lokali tal-kotba tkompli tikber u b’hekk tkun tista’ tmantni l-imsieħba kollha li jiffurmawha. L-istaff tal-KNK jimpjega ħilietu biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u dejjiema ħalli s-sapport lill-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, it-tradutturi u l-edituri ma jonqosx. Għandna tim kapaċi li jikber billi nitgħallmu minn xulxin, minkejja li kulħadd hawnhekk beda bi rwoli żgħar. Qegħdin noffru karriera, mhux impjieg biss. Dak il-kandidat jew dik il-kandidata li jkollu l-aktar ħeġġa biex jikber professjonalment jintgħażel. Inwiegħdu ambjent ta’ ħidma inklussiv u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Qegħdin infittxu kandidat jew kandidata li hija kommessa u għandha passjoni għal dax-xogħol, li tikber f’ambjent multikulturali, u li mħajra ġġib magħha ideat innovattivi, ħiliet u soluzzjonijiet. L-Assistant Manager se jkun qed jgħin fil-preparazzjoni, l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-avvenimenti u l-proġetti tal-KNK, jissettja l-kampanji tal-marketing, jikkomunika mal-imsieħba u joffri daqqa t’id fix-xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. L-impjieg qed jiġi offrut fuq bażi part-time ta’ 20 siegħa ħidma fil-ġimgħa. X’inhu meħtieġ: Edukazzjoni f’livell universitarju Għarfien tajjeb tal-Microsoft Office u l-mezzi soċjali Ħakma tajba tal-Malti u l-Ingliż Esperjenza fl-industrija tal-kotba Liċenzja tas-sewqan Sfortunatament, minħabba n-numru ta’ applikazzjonijiet li nirċievu s-soltu meta noħorġu sejħa, mhux se nikkunsidraw kandidati li m’għandhom ebda rabta mal-industrija tal-kotba, jew li ma jkunu ħadmu qatt fil-pubblikazzjoni, jew li ma jkollhomx għarfien bażiku tal-kotba, il-letteratura ġenerali jew il-letteratura Maltija. Biex tapplika u tkun taf ukoll il-kundizzjonijiet tas-salarju ibgħat is-CV tiegħek u l-ittra dwarek lil Joe Debattista fuq joe.debattista@gov.mt sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Jannar 2021. L-intervisti jibdew it-Tnejn 18 ta’ Jannar. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More