Home / News / Serata f’ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Serata f’ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 16th October, 2017 Fil-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena, Mario Azzopardi, id-drammaturu, poeta, edukatur u ġurnalist kulturali magħruf, se jidher f’attività li ġiet imħejja għalih bħala r-rebbieħ tal-Premju għal Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba tal-2016. L-attività ġiet imtella’ minn Horizons f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ser iseħħ f’Sala Sir Temi Zammit (MCC, il-Belt Valletta) nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fit-8 ta’ filgħaxija. Antonella Axisa ser tippreżenta l-attivitajiet tas-serata li tiftaħ b’filmat ta’ intervista ta’ 10 minuti ma’ Azzopardi, miġbud fil-monasteru sabiħ tal-Ordni tal-Karmelitani fl-Imdina. Il-monasteru kien il-lok ta’ waħda mill-aħħar xogħlijiet ta’ Azzopardi – Santa Maria de Pazzi, passion play moderna spirata mill-figura storika tas-soru u mistika Karmelitana. L- attività se ssegwi b’diskussjoni bejn Azzopardi u panel ta’ kelliema, fosthom awturi, atturi u attivisti fix-xena kulturali lokali li ħadmu mill-qrib ma’ Azzopardi f’xi punt tul il-karriera tiegħu. Fost dawn, isibu d-drammaturu u kittieb Dr Alfred Sant. Id-diskussjoni se tkun imżewwqa b’interventi ta’ qari ta’ siltiet mix-xogħlijiet ta’ Azzopardi. Azzopardi ingħata l-Premju għal Kontribut Siewi fl-2016 mhux biss għall-produzzjoni letterarja tiegħu fil-poeżija, kritika letterarja u drama iżda wkoll għax-xogħol tiegħu fil-qasam tal-ġurnaliżmu kulturali. Bħala wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju, Azzopardi ħadem bla heda biex jippromwovi l-ħidma ta’ awturi oħra kontemporanji u biex jinkoraġġixxi lill-awturi żgħażagħ jiksru t-tradizzjoni u jfittxu mergħat letterarji ġodda. Imwieled ġo familja ta’ ħaddiema mill-Ħamrun, Azzopardi baqa’ leali lejn l-għeruq tiegħu, u żamm sod mal-ideat ta’ xellug kemm fil-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-gazzetti, kif ukoll fil-viżjoni tiegħu li jwassal il-letteratura lill-poplu. L-avveniment se jagħlaq b’reċitazzjoni qasira meħuda minn dramm ta’ Azzopardi. Il-membri kollha tal-pubbliku huma mħeġġa jattendu u jiltaqgħu ma’ din il-personalità unika nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru. Din hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival u m’għandix tintilef minn dawk li għandhom il-letteratura Maltija għal qalbhom. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More