Home / News / Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 back to news Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 Festivals • Inizjattivi • Other 1st July, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar skema ġdida ta’ promozzjoni lill-eżebituri potenzjali kollha tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020. L-applikanti kollha tal-edizzjoni ta’ dis-sena se jkollhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju sħiħ tal-ispejjeż tal-istand tagħhom jekk jippreżentaw irċevuti li juru li jkunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom waqt il-Festival fil-mezzi tal-midja lokali. Is-sussidju jingħata biss jekk l-ammont minfuq fuq promozzjoni jkun daqs jew aktar mill-ispejjeż involuti fl-istand. Minbarra li tippromwovi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’dawn iż-żminijiet li mhumiex mill-aqwa, din l-iskema għall-promozzjoni se tkun ta’ wiżen għall-industrija lokali tal-pubblikazzjoni li hi mhedda finanzjarjament. Għalhekk l-iskema tgħin kemm lill-industrija iżda anki lill-kumpaniji lokali tal-midja billi tippromwovi l-għaqda u l-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet aħwija fil-qasam tal-pubblikazzjoni. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jemmen li l-midja lokali mhix biss għodda demokratika fundamentali, iżda wkoll element integrali tal-infrastruttura tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Meta titnaqqas id-distanza bejn il-kumpaniji tal-midja lokali u l-pubblikaturi, u l-midja lokali tħaddan u tmexxi l-kotba lokali l-industrija tal-pubblikazzjoni kollha tibbenefika. Dan huwa aspett wieħed biss tax-xogħol fejjiedi u l-investiment bi ħsieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jissapportja s-settur lokali tal-pubblikazzjoni sena wara sena. Il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri, bir-regolamenti u b’kollox, tista’ titniżżel minn hawnhekk. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-eliġibbiltà biex tipparteċipa jew għal aktar informazzjoni dwar l-iskema tiddejjaq xejn tikkuntattja lil Matthew Borg (matthew.borg@ktieb.org.mt) jew lil Andrew Ricca (andrew.ricca@ktieb.org.mt). L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil Simona Cassano fuq simona.cassano@ktieb.org.mt KIF UKOLL bil-posta/imwassla bl-idejn f’dan l-indirizz: IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB 2020 – SKEMA TAL-PROMOZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Librerija Pubblika Ċentrali Triq Prof. Joseph J. Mangion Il-Furjana, FRN 1800 MALTA Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bħas-soltu Dar il-Mediterran, dis-sena bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-kotba. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-regolamenti aġġornati għall-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 tista’ titniżżel minn hawnhekk. Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika. L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email kif ukoll jintbagħtu bil-posta sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm). [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More