Home / News / Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel Back to News Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 4th May, 2016 Waqt sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubblikaturi u l-awturi aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ġie mgħarraf li waħda mill-problemi li qed jesperjenzaw il-pubblikaturi lokali hi l-ksur tal-jeddijiet permezz ta’ photocopying tal-kotba tagħhom fl-iskejjel. Il-KNK jaqbel mal-pubblikaturi li prattikka bħal din m’għandix issir, u mhux biss għax hija illegali, imma wkoll għax tista’ thedded id-dħul finanzjarju tal-pubblikaturi u l-kittieba, u b’hekk thedded ukoll il-kwalità tal-pubblikazzjoni tal-kotba. Huwa importanti li l-għalliema jkunu konxji ta’ kif taħdem l-industrija tal-ktieb. Prattikament, il-pubblikaturi lokali jiddependu minn fuq il-bejgħ tal-kotba tat-tfal u dawk edukattivi. Mid-dħul li jagħmel min fuq dawn il-kotba, pubblikatur jista’ jinvesti f’kotba edukattivi aħjar u ta’ aktar kwalità. Jekk id-dħul tal-pubblikaturi jiġi mhedded, tbati d-dinja tal-kotba kollha kemm hi. Il-KNK flimkien mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni għadu kemm ħareġ ċirkolari lill-iskejjel kollha b’appell biex jiġu imħarsa l-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel. Fl-istess ħin, il-KNK jirrimarka li l-prattika tal-photocopying fl-iskejjel qed tonqos ukoll minħabba l-fatt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej bi strateġija mal-entitajiet letterarji tiegħu biex jitqassmu numru kbir ta’ kotba ġodda fl-iskejjel kollha ta’ Malta. Iż-żieda sostanzjali ta’ kotba fl-iskejjel, ħafna minnhom kotba minn pubblikaturi lokali, qed tnaqqas drastikament il-bżonn li l-għalliema jkollhom għalfejn jagħmlu l-photocopies. Il-KNK ser jibqa’ jippersisti sabiex il-liġijiet tal-jeddijiet fuq il-kotba jiġu mħarsa. Kif inhi l-liġi Maltija fuq il-jeddijiet tal-kotba bħalissa, Kapitlu 415, hija liġi mibnija fuq linji Ewropej u għandha tiġi mħarsa. Il-KNK jaqbel ma’ dan il-mudell ta’ liġi u jawgura li kemm istituzzjonijiet lokali u kemm dawk Ewropej japprezzaw l-importanza ta’ din il-liġi. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More