Home / News / Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel Back to News Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 4th May, 2016 Waqt sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubblikaturi u l-awturi aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ġie mgħarraf li waħda mill-problemi li qed jesperjenzaw il-pubblikaturi lokali hi l-ksur tal-jeddijiet permezz ta’ photocopying tal-kotba tagħhom fl-iskejjel. Il-KNK jaqbel mal-pubblikaturi li prattikka bħal din m’għandix issir, u mhux biss għax hija illegali, imma wkoll għax tista’ thedded id-dħul finanzjarju tal-pubblikaturi u l-kittieba, u b’hekk thedded ukoll il-kwalità tal-pubblikazzjoni tal-kotba. Huwa importanti li l-għalliema jkunu konxji ta’ kif taħdem l-industrija tal-ktieb. Prattikament, il-pubblikaturi lokali jiddependu minn fuq il-bejgħ tal-kotba tat-tfal u dawk edukattivi. Mid-dħul li jagħmel min fuq dawn il-kotba, pubblikatur jista’ jinvesti f’kotba edukattivi aħjar u ta’ aktar kwalità. Jekk id-dħul tal-pubblikaturi jiġi mhedded, tbati d-dinja tal-kotba kollha kemm hi. Il-KNK flimkien mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni għadu kemm ħareġ ċirkolari lill-iskejjel kollha b’appell biex jiġu imħarsa l-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel. Fl-istess ħin, il-KNK jirrimarka li l-prattika tal-photocopying fl-iskejjel qed tonqos ukoll minħabba l-fatt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej bi strateġija mal-entitajiet letterarji tiegħu biex jitqassmu numru kbir ta’ kotba ġodda fl-iskejjel kollha ta’ Malta. Iż-żieda sostanzjali ta’ kotba fl-iskejjel, ħafna minnhom kotba minn pubblikaturi lokali, qed tnaqqas drastikament il-bżonn li l-għalliema jkollhom għalfejn jagħmlu l-photocopies. Il-KNK ser jibqa’ jippersisti sabiex il-liġijiet tal-jeddijiet fuq il-kotba jiġu mħarsa. Kif inhi l-liġi Maltija fuq il-jeddijiet tal-kotba bħalissa, Kapitlu 415, hija liġi mibnija fuq linji Ewropej u għandha tiġi mħarsa. Il-KNK jaqbel ma’ dan il-mudell ta’ liġi u jawgura li kemm istituzzjonijiet lokali u kemm dawk Ewropej japprezzaw l-importanza ta’ din il-liġi. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More