Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 30th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jinforma lill-pubbliku, il-midja, u l-partijiet ikkonċernati li bl-ebda mod ma ta xi għajnuna finanzjarja, appoġġ jew viżibbiltà lill-ktieb Mein Führer Adolf Hitler – L-Istorja u l-Bijografija ta’ Ronald Bugeja. Il-KNK ipprovda biss in-numru tal-ISBN fis-6 ta’ Mejju 2022, bħala l-aġent tal-ISBN f’Malta. Il-ħruġ tan-numru tal-ISBN mhuwiex relatat mal-kontenut ta’ pubblikazzjoni. Il-KNK la kien mgħarraf u lanqas konxju li l-awtur semma lill-KNK fir-ringrazzjamenti speċjali tiegħu f’paġna 396. Madankollu, waqt il-proċess ta’ klassifikazzjoni u eliġibbiltà għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, individwi differenti wrew it-tħassib tagħhom jekk dan il-ktieb għandux jiġi inkluż, u għalhekk fit-28 ta’ Marzu 2023, il-KNK fittex parir legali. Waqt li l-KNK ikkunsidra d-dritt tal-libertà tal-espressjoni kif tistabbilixxi l-kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani Fundamentali, iddeċieda li ma jinkludix l-imsemmi ktieb fil-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba ppubblikati fl-2022. Il-KNK ħa din id-deċiżjoni minħabba l-kontenut tal-ktieb u konsegwentament l-etika marbuta miegħu, kif ukoll il-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet legali assoċjati ma’ ktieb li jippromwovi jew japprova ġenoċidju mwettaq mir-reġim Nażista (b’referenza għal Artiklu 82B tal-Kodiċi Kriminali Malti). Il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li saret referenza għaliha ġiet ippubblikata fl-4 ta’ April 2023 u tinsab hawn. Il-KNK jiddisassoċja ruħu min-natura tal-kontenut tal-ktieb u l-implikazzjonijiet tagħha, u jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati u l-midja biex jikkuntattjaw lill-uffiċċju tagħna jekk jeħtieġu kjarifika fuq il-pożizzjoni tiegħu. SHARE POST Related Articles Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More view all similar news
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More