Home / News / Taħt il-Qoxra: Charles Casha Back to News Taħt il-Qoxra: Charles Casha Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 2nd December, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charles Casha. Mal-mistieden tkellimna dwar il-letteratura għat-tfal u l-karattru ta’ Fra Miudest, post id-didattiċiżmu u l-moralità fil-letteratura, l-udjenza bħala tfal, il-ġeneru konfessjonali fil-kitba għall-kbar, u r-relazzjoni tal-awtur mal-kritika letterarja, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Charles Casha huwa kittieb prolifiku li beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Matul karriera ta’ ‘l fuq minn 50 sena ppubblika numru kbir ta’ xogħlijiet li jinkludu rumanzi, novelli għat-tfal u l-adulti, drammi u poeżiji, kif ukoll kotba ta’ tagħlim. Fl-1967 ħoloq lil Fra Mudest, karattru meqjus ikoniku fil-letteratura Maltija. Huwa rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u fl-2012 irċieva l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’risq il-letteratura Maltija. Fl-2013 ippubblika l-awtobijografija tiegħu Jien ukoll għandi storja xi ngħid. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More view all similar news
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More