Home / News / Taħt il-Qoxra: Elizabeth Grech Back to News Taħt il-Qoxra: Elizabeth Grech Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 19th August, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Elizabeth Grech. Mal-mistiedna tkellimna dwar l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, Bejn baħar u baħar, l-oqsma li ħadmet fihom u kif dawn bnewlha l-karattru tax-xogħol artistiku tagħha, il-Mediterran u l-influwenza tal-baħar fit-tematika tal-poeżiji, il-politika f’kitbietha, u l-irwol tat-traduzzjoni fil-Letteratura Maltija, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Elizabeth Grech hija traduttriċi, taħdem ma’ diversi xjenzati soċjali, għaqdiet non-governattivi u organizzazzjonijiet fil-qasam kulturali u artistiku. Hija konsulenta u tieħu ħsieb id-dokumenti u pubblikazzjonijiet bil-lingwa Ingliża. Hija wkoll traduttriċi fil-qasam letterarju, u qalbet ħafna xogħol ta’ artisti Maltin kontemporanji għall-Franċiż. Fl-aħħar 15-il sena kitbet ħafna poeżiji bil-Malti, iżda kien fl-aħħar xhur li tathom id-dawl fil-ġabra Bejn baħar u baħar, li se tinqaleb għat-Taljan dis-sena. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More view all similar news
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More