Home / News / Taħt il-Qoxra: Jonathan Farrugia Back to News Taħt il-Qoxra: Jonathan Farrugia Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 31st January, 2021 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Fr Jonathan Farrugia. Mal-mistieden tkellimna dwar il-ktieb li editja u li bih rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 fil-kategorija ‘Riċerka Bijografika u Storjografika’, Ir-Redentur. History, Art, and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta (Midsea Books Ltd). Tkellimna miegħu dwar il-kontributuri l-oħra fil-ktieb, min jista’ jsibu utli u għaliex, il-kult u l-mirakli jħufu madwar l-istatwa tar-Redentur u kif dan l-istudju storiku jitfagħhom f’dawl ġdid, l-involviment tar-rappreżentanti tal-Knisja f’oqsma lilhinn mill-fidi u r-ruħ, u kif kien il-vjaġġ tiegħu qalb id-dokumenti antikissmi li ħadem bihom, fost l-oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Rev. Dr Jonathan Farrugia huwa saċerdot li jservi fil-Parroċċa tal-Isla. Jgħallem l-Università, u huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Knisja, il-Patroloġija u l-Arkeoloġija Paleokristjana. Minbarra t-tagħlim u l-ministeru, involut fir-riċerka ta’ bċejjeċ sagri li jinsabu fil-knejjs u fuq ġrajjiet marbutin ma’ bliet u rħula Maltin, speċjalment l-Imqabba u l-Isla. Bosta mir-riċerka tiegħu ġie ppubblikat f’rivisti Maltin u barranin. Kiteb ukoll dwar il-kitba u t-teoloġija Nisranija tal-ewwel sekli, liema studji dehru f’rivisti differenti wkoll. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More