Home / News / Taħt il-Qoxra: Kristina Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Kristina Borg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 5th April, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kristina Borg. Mal-mistiedna tkellimna dwar il-proġett interdixxiplinarju tagħha li ssarraf ukoll fil-ktieb Imkejjen u Rkejjen (Ede Books). Ma staqsejnihiex biss dwar l-għan letterarju tal-ktieb, iżda anki dwar il-kummentarju psikoġeografiku tax-xogħol, jiġifieri kif l-ambjent ġeografiku jaffettwa l-emozzjonijiet u l-imġiba tan-nies. Mal-artista tkellimna wkoll dwar il-proġett You are what you buy – esperiment li sar f’supermarket lokali biex tara kif mekkaniżmi ekonomiċi jaffettwaw l-identità tax-xerrej. Isma’ l-intervista sħiħa hawnekk. Kristina Borg hija artista viżwali u edukatriċi tal-arti. Kisbet Baċellerat fl-Edukazzjoni tal-Arti mill-Università ta’ Malta u Maġisteru fl-Arti Viżiva u Studji Kuratorali min-Nuova Accademia di Belle Arti f’Milan. Ir-riċerka int interdixxiplinarja tagħha tiffoka fuq kwistjonijiet soċjopolitiċi fi spazji urbani kollettivi, fi djalogu mal-komunità jew/u il-post. Ikkollaborat f’diversi proġetti lokali u internazzjonali bħala artista, kuratriċi, diżinjatriċi u manager. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More