Home / News / Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 1st March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marie Briguglio u Steve Bonello. Mal-mistednin tkellimna primarjament dwar il-ktieb No Man’s Land: People, Place and Pollution (Kite Group, 2018) li huwa l-ewwel rebbieħ tal-kategorija l-ġdida tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Letteratura mhux Fittizja. Ħarisna lejn il-ġeneru msemmi, it-‘traġedja’ tar-riżorsi komuni tal-pajjiż u t-tema ambjentali, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Marie Briguglio hija akkademika fl-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Ekonomija, u tgħallem l-Environmental Economics, il-Behavioural Economics u s-Social Marketing. Għandha dottorat fl-Ekonomija (Stirling) u Maġisteru tax-Xjenza fl-Environmental and Resource Economics (Londra). Marie Briguglio rebħet ukoll premjijiet relatati mal-kitba u l-produzzjoni għal fuq l-iskrin, bi spettru estensiv ta’ xogħlijiet li jittrattaw temi soċjopolitiċi u ambjentali. Rebħet il-Premju tal-Organizzazzjoni għall-Proprjetà Intellettwali Dinjija fil-kreattività. Steve Bonello huwa kartunista veteran, artist u ambjentalist. Artist imħarreġ b’mod awtonomu, xogħlu jżewweġ l-umoriżmu ma’ temi kemmxejn skuri li jesploraw l-assurdità eżistenzjali tal-ħajja. Fl-1988 u l-1991 tella’ żewġ eżibizzjonijiet personali u reċentament ħa sehem fl-eżibizzjoni Xebgħa Nies (2014). Mill-1991 ippublika cartoon ta’ kull ġimgħa fis-Sunday Times ta’ Malta. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More