Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 14th October, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-Professur Charles Briffa dwar is-sengħa tat-traduzzjoni f’Malta tul iż-żmien u bħalissa, bil-preġji u l-isfidi li ġġorr magħha. Prof. Briffa jibda billi jgħid li t-traduzzjoni orali kienet ilha sseħħ qabel dik tal-kitba. Jirrimarka li l-kelma interpretu bil-Malti fl-antik kienet ‘turċman’. Fil-kuntest tal-proża, Prof. Briffa jgħid li rridu mmorru lejn is-Seklu 19, meta bdew isiru bosta addattamenti letterarji minn lingwi oħra għall-Malti. Il-mistieden jitkellem ukoll dwar id-differenza ben addattazzjoni u traduzzjoni. Skont Briffa f’das-seklu f’Malta kien hawn aktar minn tal-ewwel milli l-oħra. Il-Professur isemmi l-ewwel traduzzjonijiet, bħal dik ta’ Mikiel Anton Vassalli, ‘Is-Sultan Ċiru’ mill-Franċiż (1831) u t-tieni ta’ Richard Taylor li ttradduċa ‘Robinson Crusoe’ (1846). Aktar ’il quddiem fl-intervista Prof. Briffa jsemmi bosta tradutturi oħra Maltin li aktarx mhumiex daqstant magħrufa. Segwi l-intervista sħiħa hawnhekk. X’jista’ jsir biex it-traduzzjonijiet għall-Malti jiżdiedu, l-għarfien tat-teorija tat-traduzzjoni, l-udjenza tat-traduttur, l-istil, l-industrija tat-traduzzjoni u bosta temi oħra huma diskussi f’din l-intervista. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More