Home / News / Taħt il-Qoxra: Steve Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Steve Borg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 16th March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Steve Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ volumi tiegħu ta’ riċerka etnografika: Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom, speċjalment it-tieni volum li għadu kif rebaħ bih il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ħarisna lejn in-nozzjonijiet ta’ ‘Malta l-qadima’ u ‘Malta l-ġdida’, in-natura ta’ xogħol etnografiku, il-grad tal-involviment tal-awtur f’riċerka etnografika, ir-referenza għal Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-kompatibbiltà ta’ kitba nazzjonalistika ma’ kitba soċjoekonomika, u t-taħlit f’ġensna u kif nirreaġixu għalih, u anki sibna ċ-ċans nisimgħu xi stejjer milli ltaqa’ magħhom. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Steve Borg serva bħala segretarju ta’ FondazzjonI Wirt Artna u l-Għaqda Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali għal ħafna snin. Huwa pproduċa u ppreżenta diversi sensiliet fuq ir-radju u l-istazzjon televiżiv nazzjonali Malti, fosthom ‘Għeruqna’, ‘Worldbeat’ u ‘Kif Għadda ż-Żmien’, kif ukoll ittraduċa kotba għall-Malti. Ipproduċa wkoll għadd ta’ albums mużikali bil-Malti ta’ kantanti ewlenin. Borg iggradwa mill-Università ta’ Northumbria (Newcastle) u ġab id-dottorat mal-Università ta’ Hull fl-Arti u l-Midja l-Ġdida. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More