Home / News / Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Back to News Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 7th September, 2018 Il-lista ta’ finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal din is-sena tixhed tibdil fit-tendenzi li wieħed ta’ min jinnota, speċjalment fil-kategorija ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’. Minn total ta’ 8 finalisti magħżula, 3 ġejjin mill-ġeneru tal-fantaxjenza, li dejjem kien ġeneru mhux daqstant rappreżentat fix-xena letterarja lokali: Rokit ta’ Loranne Vella, It-Taàr ta’ John A. Bonello u It-Tawmaturgu ta’ Mark Anthony Fenech. Dan tal-aħħar l-aktar wieħed li hu espliċitament fantaxjentifiku, bl-użu ta’ lingwaġġ innovattiv li jintroduċi termini xjentifiċi bil-Malti. Aspett ieħor interessanti għandu x’jaqsam mal-għadd ta’ kittieba nisa li huma finalisti fil-kategorija tar-rumanzi: Loranne Vella, Lou Drofenik u Nadia Mifsud. Dan ikompli ma’ dak li nkiseb is-sena li għaddiet, meta għall-ewwel darba fl-istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kien hemm 3 nisa wkoll finalisti – Lou Drofenik, Lillian Sciberras u Lara Calleja. Tendenza oħra li ġiet osservata fl-aħħar edizzjonijiet tal-festival, u li kompliet fl-edizzjoni ta’ dis-sena, hija n-numru ta’ ismijiet ġodda fil-kategorija tar-rumanzi. Dis-sena kien hemm sorpriża oħra għall-fatt li żewġ kittieba magħrufa l-aktar għall-poeżija, Gieole Galea u Nadia Mifsud, irnexxielhom ikunu mal-finalisti bl-ewwel rumanz tagħhom. Rumanz ieħor li qiegħed mal-finalisti huwa Kapitali, id-debutt tal-ġurnalist freelance u l-blogger Wayne Flask. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar li din il-lista ta’ finalisti tista’ sservi bħala gwida ta’ min joqgħod fuqha dwar l-aqwa xogħlijiet letterarji ppubblikati f’Malta fl-2017. Il-kotba se jkunu kollha għall-bejgħ minn fuq l-ixkafef tal-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More