Home / News / Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 back to news Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 7th September, 2018 Il-lista ta’ finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal din is-sena tixhed tibdil fit-tendenzi li wieħed ta’ min jinnota, speċjalment fil-kategorija ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’. Minn total ta’ 8 finalisti magħżula, 3 ġejjin mill-ġeneru tal-fantaxjenza, li dejjem kien ġeneru mhux daqstant rappreżentat fix-xena letterarja lokali: Rokit ta’ Loranne Vella, It-Taàr ta’ John A. Bonello u It-Tawmaturgu ta’ Mark Anthony Fenech. Dan tal-aħħar l-aktar wieħed li hu espliċitament fantaxjentifiku, bl-użu ta’ lingwaġġ innovattiv li jintroduċi termini xjentifiċi bil-Malti. Aspett ieħor interessanti għandu x’jaqsam mal-għadd ta’ kittieba nisa li huma finalisti fil-kategorija tar-rumanzi: Loranne Vella, Lou Drofenik u Nadia Mifsud. Dan ikompli ma’ dak li nkiseb is-sena li għaddiet, meta għall-ewwel darba fl-istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kien hemm 3 nisa wkoll finalisti – Lou Drofenik, Lillian Sciberras u Lara Calleja. Tendenza oħra li ġiet osservata fl-aħħar edizzjonijiet tal-festival, u li kompliet fl-edizzjoni ta’ dis-sena, hija n-numru ta’ ismijiet ġodda fil-kategorija tar-rumanzi. Dis-sena kien hemm sorpriża oħra għall-fatt li żewġ kittieba magħrufa l-aktar għall-poeżija, Gieole Galea u Nadia Mifsud, irnexxielhom ikunu mal-finalisti bl-ewwel rumanz tagħhom. Rumanz ieħor li qiegħed mal-finalisti huwa Kapitali, id-debutt tal-ġurnalist freelance u l-blogger Wayne Flask. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar li din il-lista ta’ finalisti tista’ sservi bħala gwida ta’ min joqgħod fuqha dwar l-aqwa xogħlijiet letterarji ppubblikati f’Malta fl-2017. Il-kotba se jkunu kollha għall-bejgħ minn fuq l-ixkafef tal-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More