Home / News / Tħabbira mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 back to news Tħabbira mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 Festivals • Inizjattivi • Other 7th August, 2020 Huwa b’dispjaċir li, minħabba l-perikli li l-imxija COVID-19 għadha qed tpoġġilna u anki minħabba l-potenzjal tagħha li tinfirex l-aktar f’avvenimenti tal-massa fi spazji magħluqa, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li mil-lum ġie deċiż li l-Festival ma jsirx bil-mod tradizzjonali tiegħu. Minflok, il-Festival se jimxi għall-online, tneħħi xi avvenimenti li se jsiru xorta waħda f’xi swali f’Dar il-Mediterran bi ftit nies. Id-deċiżjoni qed tittieħed kontra qalbna, imma nifhmu li hi deċiżjoni neċessarja għar-reputazzjoni u l-edizzjonijiet ġejjiena tal-Festival. Ma nistgħu qatt nieħdu r-riskju li minħabba deċiżjonijiet li ma ttiħdux xi ħadd jinfetta ruħu waqt il-Festival, u lanqas nistgħu nagħmlu avvenimenti meta hemm ir-riskju li nikkompromettu l-benessri tal-klijenti, l-imsieħba u l-ħaddiema tagħna. Fl-aħħar seba’ snin stinkajna biex il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb isir avveniment b’reputazzjoni għolja u ta’ suċċess. Każ wieħed ta’ infezzjoni bl-imxija jġarraf dan kollu. Huwa ċar li sakemm ma tinħoloq tilqima u din titqassam ma’ kulħadd, jew il-vajrus inaqqas minn saħħtu b’xi mod jew ieħor, mhux se nirriskjaw bil-Festival kif konna nafuh sa issa. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir online u l-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi b’mod virtwali għall-avvenimenti li se norganizzaw b’xandira live fuq il-paġna tal-Facebook tagħna u mill-paġni rispettivi tal-pubblikaturi. Bħal dejjem il-pubblikaturi se jsibu s-sapport sħiħ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’dil-qalba għax huma l-imsieħba ewlenin tagħna. It-tfal tagiskola xorta waħda se jkunu jistgħu jattendu b’mod online, u l-vawċer se jingħata wkoll. F’każ li tinstab tilqima u titqassam fiż-żmien, lesti norganizzaw il-Festival bħas-soltu. Qed nagħmlu ħilitna sabiex inwasslu l-istess livell ta’ esperjenza bejn il-qarrejja, l-awturi u l-pubblikaturi li l-pubbliku ġenerali issa sar jistenna mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tali mod li nsegwu kull protokoll u regoli tas-saħħa. Anki jekk b’mod virtwali, nemmnu li l-attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ awturi u pubblikaturi lokali u internazzjonali għandhom xorta waħda l-potenzjal li jwasslu dak is-sens ta’ skambju f’komunità dejjem tikber ta’ nies li japprezzaw il-ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħares lejn din il-qalba għall-online bħala opportunità biex l-industrija tagħraf il-ħtieġa importanti ħafna tal-bejgħ online. Irridu niżguraw li l-kotba Maltin ikunu disponibbli biex jinxtraw online b’mod faċli u b’mod aċċessibbli kemm mill-websites kif ukoll minn apps fil-mowbajl – fuq dawn tiddependi s-sopravvivenza tagħna. Fl-istess waqt qed nitolbu lill-Gvern u lix-xandir pubbliku biex jagħtu s-sapport kollu tagħhom lill-industrija tal-ktieb f’din it-tranżizzjoni neċessarja li għandha tiggarantixxi n-nifs tal-ħajja lil industrija li tins fil-qalba tal-iżvilupp edukattiv u intellettwali tas-soċjetà. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn il-11 u l-15 ta’ Novembru. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitħabbar fix-xhur li ġejjin. Għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 segwi s-sit u l-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More