Home / News / Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 Back to News Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 ISBN & ISMN • Other 26th September, 2022 Wara sentejn mingħajr laqgħat fiżiċi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ingħaqad ma’ aktar minn 150 aġenzija nazzjonali oħra għal-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN, li saret bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru fil-Librerija Nazzjonali tan-Norveġja, Oslo. F’isem il-KNK attendew il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, u l-Maniġer tal-ISBN, Michael Mercieca. Waqt din il-laqgħa l-aġenziji nazzjonali tkellmu dwar suġġetti kurrenti relatati mal-ISBN, fosthom iż-żieda tal-awtopubblikazzjonijiet u l-forom elettroniċi tal-pubblikazzjonijiet, l-aħjar prattiċi fil-ħruġ tal-ISBNs, modi ġodda ta’ riċerka u informazzjoni bis-saħħa ta’ sistema ġdida ta’ kodifikazzjoni (RaiD), kif ukoll dwar jekk l-użu tal-ISBN għandux isir obbligu legali fl-aħjar interess għall-ġbir ta’ dejta preċiża dwar l-għadd ta’ pubblikazzjonijiet. Mil-laqgħat ħareġ li, bħala medja, in-numru ta’ ISBNs maħruġa f’Malta jaqbel ma’ dak tal-maġġoranza tad-delegazzjonijiet waqt il-konferenza. Minn dis-sena Malta se tapplika sabiex tkun tista’ tibda tuża programm ġdid għall-ISMN, li jħaffef it-tiftix għal informazzjoni fuq kompożizzjonijiet u pubblikazzjonijiet mużikali ġodda; il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Konferenza tal-ISMN (International Standard Music Number) saret il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fl-istess post. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN hi organizzata mill-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN, u sservi t’opportunità għall-iskambju tal-informazzjoni bejn aġenziji nazzjonali differenti tal-ISBN, u bejn id-delegati barranin dwar xogħolhom u l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN/ISMN tal-2023 se ssir ir-Rabat fil-Marokk bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru. SHARE POST Related Articles EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More view all similar news
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More