Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Jesprimi l-Kondoljanzi lill-familja Lanfranco Back to News Il-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Jesprimi l-Kondoljanzi lill-familja Lanfranco Other 9th September, 2021 Wara t-tħabbira tal-mewt tal-iskular u n-naturalist magħruf, is-Sur Guido Lanfranco, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil familtu u qrabatu. Guido Lanfranco (18/10/1930 – 8/9/2021) kien pijunier fl-istudju modern tal-istorja naturali lokali, u ħadem b’mod appassjonat sabiex, bħala edukatur u riċerkatur, iwassal għerfu dwar il-flora, il-fawna, u l-folklor. Xogħlu nebbaħ ġenerazzjoni sħiħa ta’ bijologi, xjenzati soċjali, u oħrajn. Lanfranco rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet, fosthom il-kategorija għal-letteratura mhux fittizja bil-kotba Xogħol, Ġaħġiħ u Snajja’ li Spiċċaw (2002, 2003), Folklor (2004), u Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin (2006). Irċieva wkoll il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura fl-2008. Kotba oħra ta’ Guido Lanfranco huma Guide to the Flora of Malta (1955, 1960); Field Guide to The Wild Flowers of Malta (1969, 1977); Complete Guide to The Fishes of Malta (1958, 1965, 1974); The Fish Around Malta (1993, 1996); Ħxejjex Mediċinali u Oħrajn (1993, 2000); L-Istorja tat-Trasport F’Malta (1999,2002); Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin (2001, 2012); Mediċina Popolari tal-Imgħoddi fil-Gżejjer Maltin (2001); Drawwiet u Ħajja mill-Istorja ta’ Malta (2005); Żwieġ, Twelid u Mewt… Drawwiet u Tradizzjonijiet (2011). Fost il-ġieħ li rċieva tul is-snin hemm il-Midalja tal-Bronż għall-Mertu mill-Konferenza tal-Kunsilli Ċiviċi fl-1969, u l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-1996. F’Diċembru tal-2015 irċieva Maġisteru fix-Xjenzi honoris causa mill-Università ta’ Malta. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More