Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Jesprimi l-Kondoljanzi lill-familja Lanfranco Back to News Il-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Jesprimi l-Kondoljanzi lill-familja Lanfranco Other 9th September, 2021 Wara t-tħabbira tal-mewt tal-iskular u n-naturalist magħruf, is-Sur Guido Lanfranco, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil familtu u qrabatu. Guido Lanfranco (18/10/1930 – 8/9/2021) kien pijunier fl-istudju modern tal-istorja naturali lokali, u ħadem b’mod appassjonat sabiex, bħala edukatur u riċerkatur, iwassal għerfu dwar il-flora, il-fawna, u l-folklor. Xogħlu nebbaħ ġenerazzjoni sħiħa ta’ bijologi, xjenzati soċjali, u oħrajn. Lanfranco rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet, fosthom il-kategorija għal-letteratura mhux fittizja bil-kotba Xogħol, Ġaħġiħ u Snajja’ li Spiċċaw (2002, 2003), Folklor (2004), u Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin (2006). Irċieva wkoll il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura fl-2008. Kotba oħra ta’ Guido Lanfranco huma Guide to the Flora of Malta (1955, 1960); Field Guide to The Wild Flowers of Malta (1969, 1977); Complete Guide to The Fishes of Malta (1958, 1965, 1974); The Fish Around Malta (1993, 1996); Ħxejjex Mediċinali u Oħrajn (1993, 2000); L-Istorja tat-Trasport F’Malta (1999,2002); Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin (2001, 2012); Mediċina Popolari tal-Imgħoddi fil-Gżejjer Maltin (2001); Drawwiet u Ħajja mill-Istorja ta’ Malta (2005); Żwieġ, Twelid u Mewt… Drawwiet u Tradizzjonijiet (2011). Fost il-ġieħ li rċieva tul is-snin hemm il-Midalja tal-Bronż għall-Mertu mill-Konferenza tal-Kunsilli Ċiviċi fl-1969, u l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-1996. F’Diċembru tal-2015 irċieva Maġisteru fix-Xjenzi honoris causa mill-Università ta’ Malta. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More