Home / News / Tiftaħ l-edizzjoni 2021 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka back to news Tiftaħ l-edizzjoni 2021 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka Festivals • Other 2nd November, 2021 Illejla fetaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba waqt ċerimonja fl-MFCC li fiha tħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2021. L-avveniment ġie ppreżentat minn Daniel Chircop u Chrysander Agius (Danusan) qalb bosta awturi, illustraturi, pubblikaturi, u fil-preżenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Onorevoli Dr Justyne Caruana. Fl-ewwel diskors uffiċjali tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), Mark Camilleri, qal li huwa ta’ unur għalih li jippresjedi l-ftuħ mill-ġdid għall-pubbliku ta’ dan l-avveniment nazzjonali, wara li s-sena l-oħra sar kollu online. Waqt li sostna li l-Festival huwa opportunità kruċjali għall-pubblikaturi, irringrazzja lill-awtoritajiet talli dan fehmuh. Camilleri rrefera għall-premji letterarji tal-kotba tat-tfal u l-adolexxenti tul iż-żmien, u nnota li dawn damu biex ingħatatilhom l-importanza mistħoqqha. Filwaqt li rringrazzja lill-predeċessur tiegħu għax-xogħol siewi li sar sabiex il-Premju Terramaxka jistabbilixxi ruħu bħala riga importanti fl-eċċellenza tal-kotba tat-tfal u l-adolexxenti, Camilleri temm jgħid li se jkompli bix-xogħol sabiex il-letteratura għat-tfal u ż-żgħażagħ tilħaq qċaċet ġodda f’dik li hi kwalità fil-kontenut u l-produzzjoni tal-kotba. Wara d-diskors ta’ Camilleri, Danusan ippreżentaw biċċa mill-kwizz interattiv li ħadmu fuqu, ibbażat fuq kotba rebbieħa tat-Terramaxka mill-passat, u li se jitqassam f’kull klassi rreġistrata għall-Festival bħala materjal edukattiv. Huma ħadu daċ-ċans ukoll sabiex fakkru mill-ġdid liema kienu r-rebbieħa tas-sena l-oħra. Iċ-ċerimonja kompliet billi tħabbru r-rebbieħa tal-edizzjoni 2021 tal-Premju Terramaxka. B’kollox ingħataw seba’ premji f’erba’ kategorji differenti, li marru għand l-awturi, l-illustraturi, u l-pubblikaturi tal-kotba rebbieħa. Il-premji ntrebħu fil-kategoriji tal-kotba oriġinali għal tfal bejn 0-7 snin u 8-12-il sena, għall-kategoriji tat-traduzzjoni għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u għall-aħjar produzzjoni ta’ ktieb. Tajjeb jingħad li dis-sena ma kienx hemm rebbieħa fil-kategoriji tal-kotba oriġinali u tat-traduzzjoni għall-adolexxenti, jiġifieri ta’ bejn 13 u 16-il sena. Ara l-lista tar-rebbieħa hawn taħt. Fid-diskors tagħna l-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana, qalet li l-pandemija ġabet sfidi differenti anki fosthom sabiex jiġi organizzat dan l-istess Festival. Irreferiet ukoll għall-kittieba sabiex iħaddnu l-isfida tal-preżenza online u jkattru l-pubblikazzjonijiet tagħhom bħala ebooks. Filwaqt li semmiet diversi proġetti tal-Ministeru sabiex iħeġġeġ il-qari, tkellmet ukoll dwar l-Education Exception u l-investiment fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Temmet tawgura lill-pubblikaturi tal-Festival li qed jesponu l-ħidma tagħhom. It-tim organizzattiv tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba 2021 jawgura edizzjoni oħra mill-aħjar lill-pubbliku, u jħeġġu jidħol www.ktieb.org.mt sabiex jara l-programm sħiħ tal-attivitajiet. Il-Festival jibqa’ sejjer sal-Ħadd 7 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=H7LXqMr9hGw[/embedyt] Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2021 Kategorija: Xogħlijiet oriġinali 0-7 snin Premju mogħti lil Noel Tanti u lill-illustratur Matt Stroud għall-kitba u l-illustrazzjoni tal-ktieb Tal-Forn, rispettivament. Pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. Kategorija: Xogħlijiet oriġinali 8-12-il sena Premju mogħti lil Simon Bartolo u lill-illustratur José Luis Oscaña għall-kitba u l-illustrazzjoni tal-ktiebn Il-Kreatura tal-Bir, rispettivament. Pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. Kategorija: Xogħlijiet maqlubin għall-Malti 0-7 snin Premju mogħti lil Clare Azzopardi għall-ktieb Ors fl-Ispazju (Merlin Publishers), oriġinarjament ta’ Deborah Abela u Marjorie Crosby-Fairall bħala illustratur. Kategorija: Xogħlijiet maqlubin għall-Malti 8-12-il sena Premju mogħti lil Simone Inguanez għall-ktieb Il-Familja Frattarija u d-Dar li Tagħtas (Merlin Publishers), oriġinarjament ta’ Kari Smeland uFrancesca Grech bħala illustratur. Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bl-Isbaħ Dehra Il-premju mar għand Merlin Publishers għall-ktieb Amazing Maltese Women, miktub minn Kristina Chetcuti u llustrat minn Marisa Attard. [/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More