Home / News / Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 Back to News Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 Festivals • Fondi • Other 19th February, 2020 Filwaqt li jirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Arti tal-kontribut siewi lejn il-kitba Maltija u l-industrija tal-kotba tul dawn l-aħħar snin permezz tat-Translation Grant, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed iħabbar li se jkun qed jieħu f’idejh din l-għotja bħala parti minn ristrutturar tal-Fond Malti tal-Ktieb. Minn Mejju tal-2020, it-Translation Grant fi ħdan il-Cultural Export Fund tal-Kunsill Malti għall-Arti se jibda jagħmel parti mill-Fond Malti tal-Ktieb. Mal-Fond preżenti (b’Għotjiet għall-Pubblikazzjoni u għall-Edukazzjoni) se jkunu qegħdin jiżdiedu l-Għotjiet għat-Traduduzzjoni, kemm mill-Malti għal lingwi oħra, u għotja ġdida għat-traduzzjoni ta’ xogħlijiet miktubin fi kwalunkwe lingwa oħra għall-Malti. Il-valur totali tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 se jkun ta’ EUR 105,000; EUR 50,000 għal Għotjiet għall-Pubblikazzjoni, EUR 40,000 għal Għotjiet għat-Traduduzzjoni mill-Malti għal lingwi oħra, u EUR 15,000 għal Għotjiet għat-Traduzzjoni minn lingwi oħra għall-Malti. L-għotjiet kollha tal-Fond Malti tal-Ktieb jimxu mal-Karta tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba u se jkunu miftuħin għal kotba ta’ finzjoni, kotba mhux fittizji u kotba ta’ riċerka akkademika. L-għotjiet se jkunu qegħdin jingħataw wara proċess kompetittiv ta’ aġġudikazzjoni. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet u l-linji gwida se jinħarġu f’Mejju tal-2020. Għal aktar tagħrif u aġġornamenti dwar il-Fond Malti tal-Ktieb żuru s-sit tal-KNK jew il-paġna tal-KNK fuq Facebook. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More