Home / News / Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 Back to News Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 Festivals • Fondi • Other 19th February, 2020 Filwaqt li jirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Arti tal-kontribut siewi lejn il-kitba Maltija u l-industrija tal-kotba tul dawn l-aħħar snin permezz tat-Translation Grant, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed iħabbar li se jkun qed jieħu f’idejh din l-għotja bħala parti minn ristrutturar tal-Fond Malti tal-Ktieb. Minn Mejju tal-2020, it-Translation Grant fi ħdan il-Cultural Export Fund tal-Kunsill Malti għall-Arti se jibda jagħmel parti mill-Fond Malti tal-Ktieb. Mal-Fond preżenti (b’Għotjiet għall-Pubblikazzjoni u għall-Edukazzjoni) se jkunu qegħdin jiżdiedu l-Għotjiet għat-Traduduzzjoni, kemm mill-Malti għal lingwi oħra, u għotja ġdida għat-traduzzjoni ta’ xogħlijiet miktubin fi kwalunkwe lingwa oħra għall-Malti. Il-valur totali tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 se jkun ta’ EUR 105,000; EUR 50,000 għal Għotjiet għall-Pubblikazzjoni, EUR 40,000 għal Għotjiet għat-Traduduzzjoni mill-Malti għal lingwi oħra, u EUR 15,000 għal Għotjiet għat-Traduzzjoni minn lingwi oħra għall-Malti. L-għotjiet kollha tal-Fond Malti tal-Ktieb jimxu mal-Karta tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba u se jkunu miftuħin għal kotba ta’ finzjoni, kotba mhux fittizji u kotba ta’ riċerka akkademika. L-għotjiet se jkunu qegħdin jingħataw wara proċess kompetittiv ta’ aġġudikazzjoni. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet u l-linji gwida se jinħarġu f’Mejju tal-2020. Għal aktar tagħrif u aġġornamenti dwar il-Fond Malti tal-Ktieb żuru s-sit tal-KNK jew il-paġna tal-KNK fuq Facebook. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More