Home / News / Tinfetaħ l-esebizzjoni ‘From Illustration to Book’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 back to news Tinfetaħ l-esebizzjoni ‘From Illustration to Book’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Festivals • Other 22nd November, 2022 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ illejla waqt ċerimonja speċjali li matulha ġiet ippreżentata l-esebizzjoni ‘From illustration to Book’, b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM). Attendew għaċ-ċerimonja l-ħaddiema tal-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-On. Clifton Grima, il-Ministru għall-Kultura, l-On. Owen Bonnici, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, l-On. Justin Schembri, u l-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri u d-Direttur tal-Fondi u l-Istrateġija tal-ACM, Mary Ann Cauchi. Fid-diskors tiegħu, Camilleri qal li jħossu kburi li l-Festival huwa l-post fejn il-KNK iseddaq il-kollaborazzjonijiet tiegħu m’entitajiet oħra sabiex iwessa’ l-opportunatjiet għall-professjonisti differenti fil-qasam tal-pubblikazzjoni. Semma wkoll kif il-Festival jixgħel il-bozza fuq setturi varji tal-industrija, ngħidu aħna x’inhu xogħol aġenzija letterarja u l-importanza tal-editjar fil-proċess tat-tiswir ta’ ktieb. Irrefera wkoll għan-numru rekord ta’ kważi 10,000 student li dis-sena se jżuru l-Festival fost il-ġimgħa filgħodu mal-edukaturi tagħhom. Filwaqt li rringrazzja lill-esebituri talli, minkejja l-isfidi kollha li l-aħħar sena ġabet magħha, xorta ġew bi ħġarhom, stieden lil kulħadd jattendi u jissapportja lill-industrija lokali billi jixtri l-kotba, u estenda r-ringrazzjamenti tiegħu lill-Ministeri kkonċernati tat-tweżin tagħhom. Min-naħa tagħha, is-Sa Cauchi rrimarkat li l-kollaborazzjonijiet intersezzjonali huma essenzjali sabiex jissaħħu s-setturi kulturali u kreattivi, u bis-saħħa tal-ħidma mal-KNK qed tissaħħaħ l-ewwel waħda. Irreferiet għall-istrateġija tal-ACM u post ħidmiet bħal dawn f’dan id-dokument. Min-naħa tiegħu, l-On. Grima rringrazzja lill-KNK għall-mod kif bl-għajnuna tiegħu jippromwovi u jkompli jinseġ il-kultura tal-qari fost it-tfal u anki l-kbar. Sostna, “Il-ktieb huwa minjiera ta’ informazzjoni li żżid l-għarfien ta’ dak li jkun u b’hekk isir bniedem aħjar.” Fl-intervent tiegħu l-On. Bonnici qal li l-lettereatura hija forma t’arti importanti u huwa essenzjali li naraw u napprezzaw l-aspetti kollha tagħha. Temm jgħid li x-xogħol sabiex inżidu l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali u kreattiv ma jistax jieqaf, u trid tiżdied l-aċċessibbiltà, itissaħħaħ il-professjonalizzazzjoni, u jiġi promoss settur sostenibbli. From Illustration to Book toffri pont bejn l-arti viżwali u l-letteratura u se tipprovdi vetrina għal dawk l-illustraturi u disinjaturi grafiċi li jaħdmu fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Dan kollu huwa parti minn sforz biex jinstabu aktar opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali u kreattiv, aktar aċċessibbiltà għall-kotba u pubblikar għal udjenzi varji, u biex jiġu attirati pubblikaturi barranin li qed ifittxu ideat ġodda. L-ispazju miftuħ ta’ 360 metru kwadru pprovda lill-kuratriċi Dr Nikki Petroni (Eżekuttiv fl-Edukazzjoni u l-Iżvilupp) il-libertà biex toħloq spazji differenti mfassla speċifikament għall-preżentazzjoni ta’ ħames sezzjonijijet tematiċi. Is-sezzjoni prinċipali se tkun dedikata għal illustrazzjonijiet u disinni ta’ kotba kontemporanji, li ntgħażlu wara sejħa, u fiha se jintwerew ix-xogħlijiet ta’ 14-il artist li jinkludu xogħlijiet riċenti għall-qxur tal-kotba u l-illustrazzjonijiet għall-kotba, fosthom dawk tat-tfal. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 ser iseħħ bejn nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru u l-Ħadd 27 ta’ Novembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival huma kif ġejjin: l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sad-9pm; nhar il-Ġimgħa mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sal-10pm; nhar is-Sibt mid-9:30am sal-10pm, u nhar il-Ħadd mid-9:30am sat-8pm. Il-programm sħiħ tal-avveniment għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jinsab online hawnhekk. Għall-aħħar aġġornamenti, jekk jogħġbok segwi s-sit tal-KNK, il-paġna ta’ Facebook tal-KNK, kif ukoll il-paġna tal-avvenimenti The Malta Book Festival 2022. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More