Home / News / Tista’ tixtri l-kotba online back to news Tista’ tixtri l-kotba online Inizjattivi • Other 20th March, 2020 Dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar. Iżda anke jekk qed tevita l-ħwienet, tista’ tixtri l-kotba ta’ awturi u pubblikaturi Maltin online. Hawnhekk ġbarna informazzjoni dwar is-siti ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba f’Malta minn fejn tistgħu tordnaw il-kotba kollha li tixtiequ, minn rumanzi sa kotba ta’ riċerka, poeżiji, kotba għat-tfal u ħafna aktar. Żuru s-siti tagħhom biex tkunu tafu aktar dwar offerti speċjali jew kif se jwassluhomlok id-dar. Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ta’ madwarkom – #oqgħodġewwa u #aqraktieb AVC Publishers Audio Visual Centre huwa l-fornitur ewlieni f’Malta ta’ prodotti għall-edukazzjoni. Il-portafoll tal-prodotti tagħna jinkludi kotba, apparat awdjoviżiv, soluzzjonijiet għal software interattivi u għamara ta’ kwalità għal skejjel, akkademji, kulleġġi u universitajiet. T +356 21330886 | E custserv@merlinlibrary.com merlinlibrary.com BDL Publishing U OCTAVO BDL Publishing jispeċjalizza f’kotba ta’ kwalità li jvarjaw minn letteratura fittizja għat-tfal għal kotba prestiġjużi tal-Melitensja. Octavo hija pjattaforma tal-qari diġitali li ġiet żviluppata biex televa l-esperjenza tal-qari. T +356 2138 0351 | E info@bdlbooks.com info@octavo.store bdlbooks.com ĊAK Ċak huma pubblikaturi ta’ kotba reliġjużi u bi ftehim mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Libreria Editrice Vaticana riċentament saret il-pubblikatur uffiċjali tad-dokumenti l-aktar importanti tal-Knisja u tal-Papiet. T +356 2149 8343 | E info@cakmalta.org ruhmalta.com Deer Publications Deer Publications tispeċjalizza f’kotba għat-tfal u għall-kbar b’temi reliġjużi u tradizzjonali. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija ‘Ilwien Il-Festi Maltin’, enċiklopedija fotografika tal-festi tradizzjonali Maltin. T +356 9938 5496 / +356 7905 8691 | E deerandrew@gmail.com bdlbooks.com/publisher/deer-publications EDE Books Ede Books jispeċjalizzaw fil-pubblikazzjoni ta’ kotba tal-arti – fosthom kotba viżivi, rikki fil-kontenut u li jiffukaw fuq arkitettura, fotografija, disinn u l-kultura urbana. T +356 2133 4224 / +356 7982 7522 | E info@edebooks.eu edebooks.eu Faraxa Publishing Faraxa, imnedija fl-2011, tipproduċi pubblikazzjonijiet professjonali b’enfasi fuq traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet letterarji internazzjonali u ġeneri varjati oħra. T +356 9982 0157 | E info@faraxapublishing.com faraxapublishing.com Horizons Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’għadd ta’ kategoriji. Ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti. T +356 2144 1604 | E info@horizons.com.mt horizons.com.mt Infinity Books Ltd. Infinity Books twaqqfet fl-2018 u tippubblika kotba Kristjani, ta’ riċerka, rumanzi, kotba tat-tfal, u komiks ta’ awturi Maltin u barranin, u kotba klassiċi tal-letteratura Ingliża u Taljana. T +356 99532366 | E infinitybooksmalta@yahoo.com infinitybooksmalta.com Kite Group Kite Group sar sinonimu ma’ kontenut ta’ kwalità għolja bi preżentazzjoni eċċellenti, fosthom bijografiji, kotba dwar l-arti u l-kultura, arkitettura, storja, kotba akkademiċi, rumanzi u kotba għat-tfal. T +356 9993 2592 | E info@kitegroup.com.mt kitegroup.com.mt Malta Online Bookshop Dan huwa ħanut tal-kotba onlajn li jbigħ tipi differenti ta’ kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Jispeċjalizza wkoll f’kotba antiki tal-Melitensia. E info@maltaonlinebookshop.com maltaonlinebookshop.com Merlin Publishers Merlin huma l-pubblikaturi ta’ lista estensiva ta’ letteratura Maltija, u tax-xogħlijiet ta’ parti l-kbira tal-awturi stabbiliti Maltin, kif ukoll dejjem tilqa’ u tagħti l-opportunità lill-awturi emerġenti. T +356 2124 6472 | E info@merlinpublishers.com merlinpublishers.com Midsea Books u Klabb Kotba Maltin Matul dawn l-aħħar 45 sena, Midsea Books u Klabb Kotba Malta saru sinonimi ma’ kotba ta’ kwalità bil-Malti jew dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa jew finalisti ta’ premjijiet letterarji, kemm Malta, kif ukoll barra. T +356 2149 7046 / +356 2123 9039 | E admin@midseabooks.com midseabooks.com Milan Haluska Milan Haluska jirrappreżenta żewġ djar tal-pubblikazzjoni mir-Repubblika Ċeka, Meander u Albatros Media, li jispeċjalizzaw f’kotba għat-tfal minn 3 sa 12-il sena bl-Ingliż. T +356 99346247 | E Milan5652@seznam.cz Miller Publishers Miller jirrappreżentaw numru kbir ta’ pubblikaturi barranin kif ukoll pubblikaturi lokali, f’kull qasam ta’ pubblikazzjoni, minn kotba għat-tfal għal kotba tal-Università. T +356 21 66 4488 | E info@millermalta.com agendamalta.com SKS Publishers SKS hija speċjalizzata f’numru żgħir ta’ ġeneri ta’ kitba li, għalkemm ftit, ifissru ħafna, bħal-letteratura, it-teorija politika, l-istorja tad-demokrazija liberali, affarijiet kurrenti, bijografiji, u l-kultura. T +356 2124 9900 | E skspublishers@gmail.com bdlbooks.com/publisher/sensiela-kotba-socjalisti Wise Owl Publications Wise Owl Publications hija dar tal-pubblikazzjoni indipendenti rebbieħa ta’ bosta premjijiet. Il-pubbblikazzjonjiet tagħhom jinkludu kollezzjoni kbira ta’ kotba bil-kulur għal tfal ta’ kull età, kotba dwar l-istorja Maltija, il-kultura u l-folklor, l-istorja Naturali, rumanzi, kotba dwar is-saħħa, kotba tar-riċetti u kotba ta’ ħidma. T +356 21453303 | E wiseowl@maltanet.net wiseowlmalta.com SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More