Home / News / Titnaqqas bin-nofs it-taxxa fuq id-dħul mid-drittijiet tal-awtur Back to News Titnaqqas bin-nofs it-taxxa fuq id-dħul mid-drittijiet tal-awtur Inizjattivi • Other 11th January, 2024 It-taxxa fuq id-dħul mid-drittijiet tal-awtur niżlet minn 15% għal 7.5%. Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, On. Clifton Grima, u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), Mark Camilleri. Ix-xogħol leġislattiv tal-KNK fuq it-taxxi mid-dħul mid-drittijiet beda fl-2020, meta ġie ppubblikat abbozz ta’ liġi li ppropona, fost affarijiet oħra, inċentivi fiskali li jinkuraġixxu lill-imsieħba fl-industrija jimxu ma’ standards professjonali, l-aktar meta niġu għall-ħlas tad-drittijiet lill-awtur li ma jkunux taxxabbli, u biex il-pubblikatur ikun jista’ jitlob sa 200% rifużjoni tat-taxxa fuq id-drittijiet kollha mħallsa lill-awturi. Fid-diskors tiegħu, l-On. Grima qal li l-Gvern jemmen li “biex is-setturi tal-kultura, l-arti u l-kreattività jkomplu jiżviluppaw b’mod sostenibbli u joffru l-kontribut ewlieni tagħhom fit-tisħiħ tas-soċjetà, irridu tabilħaqq inkomplu nsostnu l-impenn qawwi tagħna favur ix-xogħol tal-artisti u l-kreattività tagħhom – mhux l-inqas l-awturi.” Sostna li t-tisħiħ ekonomiku tal-industrija tal-kotba huwa wkoll ta’ importanza nazzjonali, għax l-artist għandu rwol importanti fil-qalba ta’ soċjetà demokratika u fil-ħajja ta’ pajjiż. Min-naħa tiegħu, Camilleri beda billi rringrazzja lill-Gvern ta’ dan it-tnaqqis fit-taxxa, li se tfisser aktar flus u riżorsi lill-awturi sabiex jippubblikaw u jtejbu s-sengħa tagħhom. Filwaqt li t-talba oriġinali tal-KNK kienet li t-taxxa titneħħa għalkollox, u fid-dawl tal-fatt li bħalissa ninsabu nofs triq, il-KNK kommess li ħa jibqa’ jistinka biex it-taxxa titneħħa għal kollox. Qal li jemmen li d-dħul li l-Gvern jiġbor mit-taxxi fuq id-dħul mid-drittijiet tal-awtur huwa kumplessivament żgħir, u allura l-aspetti pożittivi tat-tneħħija tat-taxxa fuq l-industrija tal-kotba jkunu akbar mill-aspetti negattivi rigward inqas dħul lill-Gvern mit-taxxi. Irrefera wkoll għat-tieni talba tal-KNK, li tikkumplimenta lil din, jiġifieri li l-pubblikatur ikun jista’ japplika għal rifużjoni tat-taxxa mħallsa fuq drittijiet imħallsa lill-awturi, sa massimu ta’ 200% tat-taxxa mħallsa. Temm jgħid li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jibqa’ jistinka għall-indipendenza ekonomika tal-isieħba tiegħu, ewlenin fosthom l-awturi u l-pubblikaturi. Semma wkoll kif għall-ewwel darba, fl-2023 il-KNK beda jippremja wkoll lill-pubblikaturi li l-ktieb tagħhom jirbaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, minbarra l-premju lill-awtur kif dejjem sar. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More