Home / News / Tittella’ ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 back to news Tittella’ ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 30th January, 2020 Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 ittellgħet illejla fil-Palazz ta’ San Anton taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. George Vella. Iċ-ċerimonja tmexxiet mill-qarrej tal-aħbarijiet u ġurnalist ta’ TVM Keith Demicoli. Fid-diskors tal-ftuħ il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri innota li din kienet l-ewwel darba li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret taħt l-awspiċi tal-President tar-Repubblika. Filwaqt li l-KNK u l-industrija tal-kotba fl-aħħar snin irċevew sostenn mingħajr preċedent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-implikazzjonijiet fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u d-dmir tal-KNK li jissalvagwardja l-interessi tal-imsieħba tiegħu wasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jiddistanzja lilu nnifsu mill-istituzzjoni msemmija. Camilleri rrimarka li għalkemm Caruana Galizia ma kinitx awtriċi ta’ kotba, xorta kienet waħda minn ta’ ġewwa bħala kittieba, u l-qtil tagħha minħabba dak li kienet tikteb huwa inaċċettabbli. F’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi, Camilleri appella lill-E.T. George Vella biex jassumi r-rwol importanti ta’ patrun u difensur tal-interessi tal-kittieba u l-pubblikaturi u jagħti l-appoġġ tiegħu lill-attivitajiet tal-KNK. L-industrija tal-kotba u l-kittieba tagħha jibqgħu għajn ta’ tama li tindirizza l-isfidi tal-biża’, iċ-ċensura u d-degradazzjoni politika u b’hekk jistħoqilhom bil-bosta li jiġu protetti. Fl-istess ħin il-KNK jibqa’ jaħdem biex jissapportja lill-industrija u jrawwem l-imħabba għall-qari. Sena wara sena l-Kunsill baqa’ jgħolli l-valur monetarju tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll jgħolli l-livell tal-proċess diġà rigoruż tal-aġġudikazzjoni. Dan se jibqa’ jagħmlu. Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK faħħar il-livell għoli tal-kotba tal-finzjoni u x-xogħlijiet akkademiċi li kkompetew għall-Premju ta’ dis-sena, u feraħ lil dawk kollha li għamluha mal-finalisti. Huwa u jagħlaq, Camilleri stieden lill-kittieba kollha biex iħarsu lil hinn mill-kompetizzjoni, jingħaqdu, u jagħrfu s-saħħa li għandhom biex jinfluwenzaw lis-soċjetà sabiex tegħleb l-isfidi preżenti tagħha. L-awturi u l-pubblikaturi rebbieħa rċevew il-premju mingħand l-E.T. George Vella. Dawn inkludew il-premji għall-kotba (ippubblikati fl-2018) li għamluha mal-finalisti fi tmien kategoriji rispettivi. Ir-rebbieħ fil-kategorija ‘Novelli bil-Malti u bl-Ingliż’ huwa Trevor Żahra bi 365 (Merlin Publishers). It-titlu rebbieħ fil-kategorija ‘Riċerka Ġenerali’ huwa Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom; It-Tieni Volum ta’ Steve Borg, ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin. Fortress Colony: The Final Act 1945-1964; Vol 4 1961-1964 ta’ Joseph M. Pirotta (Midsea Books) rebaħ fil-kategorija ‘Riċerka Bijografika u Storjografika’. Marie Briguglio u Steve Borg rebħu l-premju fil-kategorija ‘Letteratura mhux Fittizja’ b’No Man’s Land: People, Place & Pollution (Kite Group). Parallel Existencies. The Notarial Archives: A Photographer’s Inspiration ippubblikat minn Kite Group rebaħ il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb. Il-premju għall-kategorija ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’ ma ngħatax. Maria Grech Ganado rebħet il-premju fil-kategorija ‘Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż’ bil-ġabra Framed (Merlin Publishers). Peress li diġà rebħet il-premju msemmi fl-2000, l-2006 u l-2015, Grech Ganado hija wkoll l-ewwel rebbieħa tal-Premju Poeta Lawreat. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti ngħata lil Gioele Galea. Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba, li rrikonoxxa karriera letterarja distinta u sħiħa b’lista twila ta’ pubblikazzjonijiet fosthom drammi, novelli, rumanzi u kotba oħra, ingħata lil Dr. Alfred Sant. L-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella wera apprezzamet għall-isforzi li qed isiru mill-awturi Maltin. Żied jgħid li l-użu tajjeb tal-Malti huwa importanti ħafna għax bil-pubblikazzjoni tal-kotba jinżammu l-istandards tal-lingwa tagħna. Esprima sodisfazzjon għall-fatt li l-pubblikaturi qed jappoġġjaw lill-awturi Maltin u rrimarka kif qatt ma kien hawn daqstant kotba Maltin ippubblikati daqs kemm hawn bħalissa. Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019, awgura li l-kittieba jibqgħu jiktbu fil-libertà u jagħtu iktar informazzjoni dwar il-kultura u l-identità Maltija permezz tal-kotba. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-membri tal-ġurija li serva fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019: Prof. Yosanne Vella, Mr. Mario Ellul, Ms. Maria Giuliana Fenech għall-kategoriji ‘Riċerka Ġenerali’, ’Riċerka Bijografika u Storjografika’ u ‘Letteratura mhux Fittizja’; Mr. Kevin Saliba, Dr. Slavomir Ceplo u Mr. David Hudson għall-kategoriji ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’ u ‘Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż’ u ‘Novelli bil-Malti u bl-Ingliż’. Il-lista sħiħa tar-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi: TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’ PREMJU MHUX MOGĦTI TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’ PREMJU MOGĦTI LIL MARIA GRECH GANADO GĦALL-KTIEB FRAMED TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’ PREMJU MOGĦTI LIL TREVOR ŻAHRA GĦALL-KTIEB 365 TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘LETTERATURA MHUX FITTIZJA’ PREMJU MOGĦTI LIL MARIE BRIGUGLIO U STEVE BONELLO GĦALL-KTIEB NO MAN’S LAND: PEOPLE, PLACE & POLLUTION TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘TRADUZZJONI’ PREMJU MOGĦTI LIL TONI AQUILINA GĦALL-KTIEB ANTIGONA TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ‘RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI’ PREMJU MOGĦTI LIL STEVE BORG GĦALL-KTIEB IL-MALTIN: GĦEMILHOM, DRAWWIETHOM, ĠRAJJIETHOM; It-Tieni Volum TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA ’RIĊERKA TA’ NATURA BIJOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA’ PREMJU LIL JOSEPH M. PIROTTA GĦALL-KTIEB FORTRESS COLONY: THE FINAL ACT 1945-1964; Vol. 4 1961-1964 PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA MOGĦTI LIL KITE GROUP GĦALL-KTIEB PARALLEL EXISTENCES. THE NOTARIAL ARCHIVES: A PHOTOGRAPHER’S INSPIRATION PREMJU GĦALL-POETA LAWREAT MARIA GRECH GANADO PREMJU GĦALL-AĦJAR AWTUR EMERĠENTI MOGĦTI LIL GIOELE GALEA PREMJU GĦALL-KONTRIBUT SIEWI FIL-QASAM TAL-KOTBA MOGĦTI LIL ALFRED SANT [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More