Home / News / Tnedija online tal-ħarġa ‘Call the Sea a Poet: Focus on Malta’ Back to News Tnedija online tal-ħarġa ‘Call the Sea a Poet: Focus on Malta’ Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • Other 8th August, 2023 Kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u Modern Poetry in Translation (MPT), rivista li tressaq flimkien l-aqwa poeżija, esejs u reċensjonijiet riċenti minn madwar id-dinja ħalliet il-frott tagħha. Wara li aktar kmieni din is-sena, diversi poeti u tradutturi Maltin wieġbu għas-sejħa għal tressiq ta’ poeżiji Maltin tradotti għall-Ingliż, nhar it-Tlieta, 15 ta’ Awwissu fis-2pm, l-MPT se jniedu b’mod online l-aħħar ħarġa tagħhom bl-isem Call the Sea a Poet: Focus on Malta. F’din il-ħarġa se jidhru poeżiji kemm ta’ poeti li ilhom fix-xena għal diversi snin bħal Antoine Cassar, Nadia Mifsud u Immanuel Mifsud, kif ukoll poeti oħrajn aktar żgħażagħ bħal Jasmine Bajada u Karina Fiorini. Uħud mit-traduzzjonijiet saru minn Albert Gatt, Irene Mangion u Alfred Palma. Adrian Grima kkontribwixxa wkoll b’esej fuq il-lingwi. It-tnedija se tkun immexxija mill-editriċi Khairani Barokka waqt li ż-żewġ poeti Maltin Maria Grech Ganado u Priscilla Cassar se jkunu l-mistednin speċjali. Se jkun hemm qari minn din il-ħarġa nnifisha, u diskussjoni maż-żewġ poeti Maltin. Maria Grech Ganado hija Poeta Lawreata, tittraduċi mill-Malti għall-Ingliż, u l-poeżija tagħha ġiet tradotta għal 14-il lingwa, u rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb erba’ darbiet. Priscilla Cassar hija terapista, pedagoga mal-anzjani u poeta b’interess fl-arti mwaħħda mas-saħħa. Il-poeżija, proża u traduzzjonijiet tagħha ġew ippubblikati f’diversi antoloġiji u proġetti, kemm lokalment kif ukoll lil hinn. Bħalissa qed taħdem fuq l-ewwel antoloġija tagħha ta’ poeżija. It-tnedija se ssir permezz ta’ Zoom fuq din il-ħolqa. Waqt li se tkun bl-Ingliż, se jkun hemm interpretazzjoni wkoll permezz tal-Lingwa tas-Sinjali Brittanika. Il-pubbliku se jkun mistieden ukoll jipparteċipa. Waqt li d-dħul huwa b’xejn b’donazzjoni volontarja, jenħtieġ li tibbukkja post minn fuq din il-ħolqa. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More