Home / News / Tnedija online tal-ħarġa ‘Call the Sea a Poet: Focus on Malta’ Back to News Tnedija online tal-ħarġa ‘Call the Sea a Poet: Focus on Malta’ Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • Other 8th August, 2023 Kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u Modern Poetry in Translation (MPT), rivista li tressaq flimkien l-aqwa poeżija, esejs u reċensjonijiet riċenti minn madwar id-dinja ħalliet il-frott tagħha. Wara li aktar kmieni din is-sena, diversi poeti u tradutturi Maltin wieġbu għas-sejħa għal tressiq ta’ poeżiji Maltin tradotti għall-Ingliż, nhar it-Tlieta, 15 ta’ Awwissu fis-2pm, l-MPT se jniedu b’mod online l-aħħar ħarġa tagħhom bl-isem Call the Sea a Poet: Focus on Malta. F’din il-ħarġa se jidhru poeżiji kemm ta’ poeti li ilhom fix-xena għal diversi snin bħal Antoine Cassar, Nadia Mifsud u Immanuel Mifsud, kif ukoll poeti oħrajn aktar żgħażagħ bħal Jasmine Bajada u Karina Fiorini. Uħud mit-traduzzjonijiet saru minn Albert Gatt, Irene Mangion u Alfred Palma. Adrian Grima kkontribwixxa wkoll b’esej fuq il-lingwi. It-tnedija se tkun immexxija mill-editriċi Khairani Barokka waqt li ż-żewġ poeti Maltin Maria Grech Ganado u Priscilla Cassar se jkunu l-mistednin speċjali. Se jkun hemm qari minn din il-ħarġa nnifisha, u diskussjoni maż-żewġ poeti Maltin. Maria Grech Ganado hija Poeta Lawreata, tittraduċi mill-Malti għall-Ingliż, u l-poeżija tagħha ġiet tradotta għal 14-il lingwa, u rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb erba’ darbiet. Priscilla Cassar hija terapista, pedagoga mal-anzjani u poeta b’interess fl-arti mwaħħda mas-saħħa. Il-poeżija, proża u traduzzjonijiet tagħha ġew ippubblikati f’diversi antoloġiji u proġetti, kemm lokalment kif ukoll lil hinn. Bħalissa qed taħdem fuq l-ewwel antoloġija tagħha ta’ poeżija. It-tnedija se ssir permezz ta’ Zoom fuq din il-ħolqa. Waqt li se tkun bl-Ingliż, se jkun hemm interpretazzjoni wkoll permezz tal-Lingwa tas-Sinjali Brittanika. Il-pubbliku se jkun mistieden ukoll jipparteċipa. Waqt li d-dħul huwa b’xejn b’donazzjoni volontarja, jenħtieġ li tibbukkja post minn fuq din il-ħolqa. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More