Home / News / ‘Trojan’ ta’ Alex Vella Gera ppreżentat fil-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb ta’ Buenos Aires Back to News ‘Trojan’ ta’ Alex Vella Gera ppreżentat fil-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb ta’ Buenos Aires Inizjattivi • Other 14th May, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] L-edizzjoni Spanjola tal-ktieb rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ta’ Alex Vella Gera, Trojan, maqlub mill-Malti minn Antoine Cassar, ġiet ippubblikata minn Editorial Librosdementira u qed jinbiegħ fil-ħwienet tal-kotba madwar iċ-Ċile u l-Arġentina. Aktar kmieni f’Mejju, rapreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ingħaqad mal-kittieb u t-traduttur fuq tour promozzjonali b’waqfiet f’Santiago u Buenos Aires. Troyano tnieda il-lejla tas-Sibt 4 ta’ Mejju fil-Libreria del GAM ta’ Santiago. Waqt preżentazzjoni estensiva, mmexxija mil-kittieba Nicolás Sepúlveda u Rafael Gumucio, ġew diskussi ir-relazzjonijiet bejn knisja u stat f’Malta u fiċ-Ċile, kundizzjonijiet ta’ iżolament, u l-empatija fil-kitba. Fil-ġranet ta’ wara Alex Vella Gera u Antoine Cassar kienu intervsistati mill-ġurnalista Daniela Figueroa Videla fuq l-istazzjon tar-radju Radio Universidad de Chile. Bejn intervisti mal-istampa Arġentina, il-ktieb ġie preżentat ukoll fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Buenos Aires, din id-darba mill-kittieb u ġurnalist Arġentin Matías Capelli u il-kritiku letterarju Gonzalo León. Bħala parti mix-xogħol immirrat lejn il-promozzjoni tal-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna billi jaġixxi bħala aġent letterarju u pont bejn il-kittieb u pubblikaturi barranin, il-KNK ipparteċipa f’laqgħat ma’ persuni fil-qasam tal-pubblikazzjoni rigward aktar opportunitajiet ta’ esportazzjoni letterarja. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”8575,8581,8577,8585,8584,8576,8625,8630,8627,8628,8626,8629″ img_size=””][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More