Home / News / ‘Trojan’ ta’ Alex Vella Gera ppreżentat fil-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb ta’ Buenos Aires Back to News ‘Trojan’ ta’ Alex Vella Gera ppreżentat fil-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb ta’ Buenos Aires Inizjattivi • Other 14th May, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] L-edizzjoni Spanjola tal-ktieb rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ta’ Alex Vella Gera, Trojan, maqlub mill-Malti minn Antoine Cassar, ġiet ippubblikata minn Editorial Librosdementira u qed jinbiegħ fil-ħwienet tal-kotba madwar iċ-Ċile u l-Arġentina. Aktar kmieni f’Mejju, rapreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ingħaqad mal-kittieb u t-traduttur fuq tour promozzjonali b’waqfiet f’Santiago u Buenos Aires. Troyano tnieda il-lejla tas-Sibt 4 ta’ Mejju fil-Libreria del GAM ta’ Santiago. Waqt preżentazzjoni estensiva, mmexxija mil-kittieba Nicolás Sepúlveda u Rafael Gumucio, ġew diskussi ir-relazzjonijiet bejn knisja u stat f’Malta u fiċ-Ċile, kundizzjonijiet ta’ iżolament, u l-empatija fil-kitba. Fil-ġranet ta’ wara Alex Vella Gera u Antoine Cassar kienu intervsistati mill-ġurnalista Daniela Figueroa Videla fuq l-istazzjon tar-radju Radio Universidad de Chile. Bejn intervisti mal-istampa Arġentina, il-ktieb ġie preżentat ukoll fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Buenos Aires, din id-darba mill-kittieb u ġurnalist Arġentin Matías Capelli u il-kritiku letterarju Gonzalo León. Bħala parti mix-xogħol immirrat lejn il-promozzjoni tal-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna billi jaġixxi bħala aġent letterarju u pont bejn il-kittieb u pubblikaturi barranin, il-KNK ipparteċipa f’laqgħat ma’ persuni fil-qasam tal-pubblikazzjoni rigward aktar opportunitajiet ta’ esportazzjoni letterarja. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”8575,8581,8577,8585,8584,8576,8625,8630,8627,8628,8626,8629″ img_size=””][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More