Home / News / Vawċer ta’ €5 għal kull student li se jipparteċipa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 back to news Vawċer ta’ €5 għal kull student li se jipparteċipa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 Festivals • Inizjattivi • Other 5th October, 2020 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa okkażjoni tajba għall-istudenti biex jiżviluppaw ħiliet relatati mal-apprezzament tal-kotba u l-qari, il-kapaċità li jagħżlu ktieb tajjeb għalihom u ċ-ċans biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-pubblikaturi u l-offerti tagħhom. Ladarba l-Festival se jsir onlajn, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jieħu li jista’ minnu biex iħaffef il-proċess tranżitorju tal-pubblikaturi għad-dinja tal-bejgħ online. Il-ħwienet tal-kotba online tal-pubblikaturi Maltin diġà qegħdin hemm, u l-kotba jinsabu għall-bejgħ b’mod faċli mis-siti tagħhom u minn applikazzjonijiet tal-mowbajl. Il-KNK u l-eżebituri virtwali kollha ta’ dis-sena determinati li jipprovdu lill-udjenza esperjenza sħiħa magħmula mill-kotba, il-letteratura u l-qari. Is-soltu nallokaw vawċer lil kull student li jkun irreġistrat biex jipparteċipa waqt il-Festival. Dis-sena dal-vawċer se ntellgħuh minn €3 għal €5, u dan il-vawċer se jintbagħat b’imejl lil kull student irreġistrat. Il-vawċer ikun jista’ jissarraf mingħand il-ħwienet online ta’ kull eżebitur tal-Festival. Agħtu titwila lejn l-animazzjoni qasira li ppreparajna għall-edizzjoni virtwali tal-Festival, li tinkludi l-karattri ta’ Dr. Seuss li jsebbħu l-poster ta’ dis-sena. L-eżebituri virtwali kollha tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 AVC www.merlinlibrary.com BDL Books www.bdlbooks.com/ Central Bank of Malta www.centralbankmalta.org/the-library EDE Books www.edebooks.eu/bookstore/ Faraxa Publishing www.faraxabooks.com/ Għaqda tal-Malti – Università www.facebook.com/ghaqdamalti/ Heritage Malta Publishing www.heritagemalta.org/book-buy/heritage-malta-publications/ Horizons www.horizons.com.mt/ Istituto Italiano di Cultura www.iicvalletta.esteri.it/iic_lavalletta/it/ Kite Group www.kitegroup.com.mt/ Klabb Kotba Maltin / Midsea Books www.midseabooks.com/books/ Mellieħa Local Council www.mellieha.gov.mt/ Merlin Publishers www.merlinpublishers.com/ Miller Distributors Ltd. www.agendabookshop.com Miranda Publishers www.mirandabooks.com/ Octavo www.octavo.app/en/store Sensiela Kotba Soċjalisti www.bdlbooks.com/publisher/sensiela-kotba-socjalisti/ Waħda mill-prijoritajiet tal-KNK dejjem kienet il-promozzjoni tal-kotba u l-qari mal-ġenerazzjoni ż-żgħira, u bħalma jiġri kull sena xi attivitajiet waqt il-Festival saru apposta għall-istudenti. Ladarba m’hemmx restrizzjonijiet fuq kemm jistgħu jattendu studenti, din l-edizzjoni aktarx se tilqa’ lill-popolazzjoni studenteska kollha ta’ Malta u Għawdex li se tibbenefika mill-attivitajiet kulturali u ta’ gost online – fosthom xows teatrali, qari u laqgħat mal-awturi – u l-vawċers. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 se jasal f’kull klassi f’Malta u Għawdex b’xows teatrali magħmula apposta skont l-età, u dax-xows se jintwerew online. Ix-xows bil-Malti huma bbażati fuq kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka u mtellgħin minn tim ta’ atturi professjonali mmexxi minn Antonella Axisa. Ix-xow bl-Ingliż se jittella’ mill-mistieden speċjali l-Iżraeljan Eran Katz, l-awtur u għalliem rinomat ta’ kotba dwar il-ħiliet tal-moħħ. Kull Prinċipal ta’ Kulleġġ intbagħatlu ċirkulari bid-dettalji kollha dwar kif tirreġistra u ssarraf il-vawċer. Jekk inti kap ta’ skola jew għalliem u għadek ma rċevejtx iċ-ċirkulari u tixtieq tirreġistra lill-istudenti għall-attivitajiet u l-vawċer ta’ €5, jekk jogħġbok kellem lill-KNK fuq simona.cassano@ktieb.org.mt. Ir-reġistrazzjoni se tibqa’ miftuħa sat-23 ta’ Ottubru 2020. Nixtiequ li l-Festival jipprovdi lill-għalliema, l-istudenti u min jieħu ħsiebhom inċentivi biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-eżebituri u l-ħwienet online tagħhom. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jibqa’ l-aktar avveniment prestiġġjuż relatat mal-kotba fil-kalendarju kulturali Malti, bi programm li jinkludi tnedijiet, qari, laqgħat m’awturi, qari ta’ poeżija, taħditiet, diskussjonijiet, seminars u għadd ta’ attivitajiet b’awturi lokali u internazzjonali. Sir Salman Rushdie, wieħed mill-aktar awturi ċċelebrati ta’ żmienna, huwa l-mistieden internazzjonali għall-edizzjoni ta’ dis-sena. L-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 se ssir bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-Facebook tal-KNK u s-sit tagħna ktieb.org.mt [add_posts category=malta-book-festival show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More