Home / News / Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 17th October, 2017 Workshop dwar il-ġurnaliżmu letterarju u r-riċensjoni tal-kotba, iddisinjat apposta għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mill-ġurnalisti magħrufa u professjonisti tal-midja Rosie Goldsmith u Max Easterman, huwa avveniment ewlieni tal-Festival ta’ din is-sena. Is-sessjoni intensiva u speċjalizzata, bit-titlu ta’ “A Riveting Workshop”, tieħu sagħtejn u se ssir f’M.A. Grima Hall, MCC, fil-5:30 ta’ filgħaxija. L-attendenza hija b’xejn iżda l-postijiet huma limitati u għandhom jiġu bbukjati minn qabel. Id-dinja tal-promozzjoni u r-riċensjoni tal-ktieb illum hija kemm kompetittiva kif ukoll diġitalizzata ħafna. L-għan tal-workshop huwa li jippermetti lill-ġurnalisti jirfinaw il-fakultajiet kritiċi tagħhom billi jitgħallmu kif jevalwaw l-impatt ta’ ktieb u kif ifasslu reazzjoni personali qawwija għalih. Il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll dwar kif PR jaħdem l-aħjar fid-dinja tal-kotba – kif tikseb suċċess? Kif l-aħjar tuża il-midja soċjali u s-siti tal-internet biex tippromwovi l-kotba? Kif tikteb stqarrija stampa promozzjonali qawwija u tikkomponi test li jgħinek tbiegħ il-ktieb jew l-avveniment jew l-awtur tiegħek? Il-workshop ser jindirizza dawn il-mistoqsijiet kollha u se jipprovdi pariri ewlenin, eżempji prattiċi, eżerċizzji qosra u pariri motivazzjonali biex jgħin lill-ġurnalisti letterarji, edituri, pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba professjonali li jixtiequ jiktbu riċensjonijiet mill-aqwa, PR u promozzjoni għall-midja kollha. Rosie Goldsmith u Max Easterman huma stabbiliti u magħrufa bħala ġurnalisti. Huma jmexxu il-European Literature Network u din is-sena nedew ir-rivista letterarja The Riveter. Ixandru, jiktbu, jirrevedu, jittraduċu, jospitaw avvenimenti u jmexxu korsijiet madwar ir-Renju Unit u internazzjonalment. Rosie hija wkoll President tal-aġġudikanti tal-Premju għall-Letteratura tal-BERŻ u figura pubblika magħrufa fil-qasam tal-letteratura internazzjonali u t-tagħlim tal-lingwi fir-Renju Unit. L-KNK iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk kollha interessati biex japplikaw issa għax baqa’ ftit postijiet biss. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More