Home / News / Żjarat tal-Istudenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Żjarat tal-Istudenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Inizjattivi • Other 23rd September, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti. Matul dan l-avveniment, il-pubblikaturi u l-ħwienet tal-kotba jiltaqgħu kollha taħt saqaf wieħed biex jesebixxu l-aktar pubblikazzjonijiet riċenti tagħhom. L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa filgħodu tal-Festival ikunu ddedikati għall-istudenti minn madwar Malta u Għawdex bi programm edukattiv maħsub għalihom u din id-darba l-KNK qed iħeġġeġ lill-għalliema jikkordinaw mal-istudenti tagħhom biex min jattendi l-Festival jiġi liebes kostum u/jew aċċessorji ispirati minn xi temi, stejjer jew karattri letterarji. Dawn il-kostumi u/jew aċċessorji jistgħu jiġu kreati minn karti riċiklati f’attivitajiet kreattivi fil-klassi stess u/jew mal-għalliema tal-arti bit-tir li l-istudenti jidħlu aktar fl-atmosfera maġika tal-Festival. Dawn l-aċċessorji (ingravata, kappell, flokk, etc) jew kostum sħiħ jista’ jsir ukoll id-dar jekk ma jkunx possibbli jsir l-iskola. L-istudenti jistgħu ukoll jilbsu kostum basta jkun ta’ karattru li ħareġ minn xi ktieb. Il-bookings għandhom jintbagħtu lil Maria Muscat fuq maria.e.muscat@gov.mt mill-1 sal-20 t’Ottubru 2016. L-attendenza għall-attivita’ fis-sala tiġi bbukkjata skont min japplika l-ewwel. Importanti li kull booking jispeċifika dan li ġej: *l-isem tal-Kulleġġ, l-isem tal-iskola *il-ġurnata (L-Erbgħa, il-Ħamis jew il-Ġimgħa) *il-Year Group (Yr 1 – Yr 11) jew ekwivalenti *l-ammont ta’ studenti li ser jattendu *isem, e-mail u numru tal-mobile tal-għalliem/a inkarigat/a miż-żjara (din il-persuna ser tkun il-kuntatt ewlieni u miegħu/magħha ser nikkomunikaw il-programm għall-ġurnata – l-istess persuna ser tkun inkarigata li tinforma lit-tim tal-Festival/fotografi uffiċjali fuq id-data protection status tal-istudenti li hu/i responsabbli għalihom). *xi rimarki li tħossu li huma importanti Importanti li t-transport għall-iskejjel jiġi organizzat b’tali mod li l-istudenti jaslu fuq il-post fid-9:00/9.15am u jitilqu mhux aktar kmieni min-12:30pm sakemm ma jiġix diskuss arranġament ieħor minn qabel. Tajjeb li nfakkru li din is-sena ser jerġa’ jitqassam voucher li jiswa €3 lil kull student/a li j/tattendi l-Festival fil-ħinijiet ta’ filgħodu mal-iskola rispettiva. Dawn il-vouchers jissarfu f’kotba waqt iż-żjara mal-iskola biss. Narawkom ilkoll hemm u tinsewx ixxerdu l-kelma! SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More