Home / News / Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 18th October, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes (1616) u ser tinvolvi għadd ta’ kelliema, fosthom l-espert fuq Cervantes u l-importanza tiegħu fil-letteratura kontemporanja, il-Professur John Ardila. L-attivita ser tkun imżewqa b’sessjoni ta’ għana popolari minn Emmanuel Abela, għannej popolari miż-Żejtun magħruf bħala Il-fenka u akkumpanjat minn kitarristi popolari oħra, li ser jinterpreta bl-għana siltiet minn DUN KIXOTT MILL-MANĊA (SKS), it-traduzzjoni Maltija f’għamla poetika tax-xogħol ta’ Cervantes minn Pawlu Montebello. Ser ikun hemm ukoll it-tnedija ta’ Żwieġ Qarrieqi (The Deceitful Marriage), wieħed mir-‘rumanzi eżemplari’ ta’ Cervantes li ġie tradott għall-Malti minn Fiona Sciberras. Il-pubblikazzjoni ta’ dan ix-xogħol seħħ bl-għajnuna tal-Ambaxxata Spanjola fl-okkażjoni tal-anniversarju. L-E.T. José Pons, l-Ambaxxatur ta’ Spanja ser ikun preżenti għall-okkażjoni, li ser iseħħ f’Sala Sir Temi Zammit (MCC, Valletta) fl-10 ta filgħodu, il-Ħadd, 13 ta’ Novembru. Il-diskussjonijiet ser ikunu bl-Ingliż. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More