Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023, għal kotba ppubblikati fl-2022. Din hija s-46 edizzjoni ta’ dan il-Premju, l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi ta’ kotba ppubblikati f’Malta.

It-62 ktieb li kisbu post fil-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 intgħażlu b’mod unanimu minn panel ta’ aġġudikaturi indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Minn dawn, 36 huma mifruxa fost tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 26 huma mifruxa fost sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka. Dawn il-kotba ġew ippubblikati minn 13-il pubblikatur u nkitbu bejn 54 awtur u tradutturi. Ma’ dawn hemm għaxar illustraturi li kkontribwixxew bl-illustrazzjonijiet tagħhom.

Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ; u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta.

L-aġġudikaturi ta’ din is-sena faħħru l-livell għoli tal-pubblikazzjonijiet mifruxa fost il-kategoriji kollha. Il-lista, li daqskemm hi twila hi wiesgħa, tinkludi kemm kotba minn awturi li daħlu f’din il-lista għall-ewwel darba kif ukoll 15-il awtur u erba’ tradutturi li rebħu dan il-Premju f’edizzjonijiet passati b’xogħlijiet ġodda bħal Loranne Vella, Paul P. Borg, Alfred Sant, Gioele Galea u Clare Azzopardi.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda fil-bidu ta’ Marzu permezz tal-pubblikazzjoni tal-lista t-twila. Sas-7 ta’ Marzu, il-pubblikaturi u l-awturi ressqu total ta’ 161 ktieb li tqiesu bħala eliġibbli għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-24 ta’ Novembru.

Il-kotba li daħlu fil-lista finali ta’ dan il-premju jistgħu jinkisbu mill-ħwienet tal-kotba u s-siti online, kif ukoll fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 li se jittella’ bejn it-18 u t-23 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.

Għal aktar informazzjoni rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u inizjattivi oħra tal-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb, segwina fuq Facebook jew żur ktieb.org.mt.

 

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023

Rumanzi

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Belgħa TePaul P. BorgHorizons
Ir-Rumanz tal-Fieres SafranAlfred SantQuinque
Marta MartaLoranne VellaEde Books
SajfRyan FalzonKotba Calleja
Sekonda bejn TnejnHelen BorgHorizons

Novelli

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Amsterdam u Rakkonti OħraJoe PulèBDL Publishing
Id-Dubbiena u Stejjer OħraCarmel SciclunaHorizons
L-Eku tal-ĦabbataJoe CamilleriHorizons
Tbajja' tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-DellRita SalibaKlabb Kotba Maltin

Poeżija

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Bejn il-BinarjiJohn P. PortelliHorizons
ilmaGioele GaleaHorizons
Imbagħad il-QiegħMurad ShubertKlabb Kotba Maltin
Kollox Jeħel MagħnaFrancesco GrechMerlin Publishers
Max-Xatt tat-TamariskClaudia GauciKotba Calleja
Meta Tlaqt lil AdamElena CardonaKlabb Kotba Maltin
TaoCaldon MerciecaKotba Calleja

Drama

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Erba' Drammi għat-Teatru, Vol. 2Albert MarshallHorizons
Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-TriqLon KirkopMerlin Publishers
Tebut IsfarClare AzzopardiMerlin Publishers

Letteratura mhux Fittizja

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
My Life and Times: Memories and Experiences of a Maltese Civil ServantAlfred Fiorini LowellKite Group

Traduzzjoni

Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher
L-Analetti (ta’ Konfuċju)Salvatore Giuffrè (trad.)SKS
Mur ġibek... eżerċizzji ta' tortura u seduzzjoni (ta’ Irene Chias)Mark Vella (trad.)Horizons
Storja Medika ta' Malta (ta’ Paul Cassar)Godwin Ellul (trad.)Faraxa Publishing
Waqt (ta’ Wislawa Szymborska)Antoine Cassar (trad.)Faraxa Publishing

Riċerka Ġenerali

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Architecture • Visions on Paper • MaltaConrad ThakeKite Group
Celebrating Music, a selection of good causesHeritage MaltaHeritage Malta
In the Footsteps of Antonello da Messina: The Antonelliani between Sicily and VeniceCharlene VellaMidsea Books
The Art of Dying Well: Visual Cultures in Times of Piety and Plague Malta 1675-1814Christian AttardKite Group
The Role and Symbolism of Flowers in Maltese ArtGlorian Micallef-GrimaudFaraxa Publishing

Riċerka Bijografika u Storjografika

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Eddie: Is-Sewwa Jirbaħ ŻgurDione BorgBDL Publishing
Gustave R. Vincenti: An Architectural LegacyDavid EllulKite Group
Malta War Occurrences : The Police Logbooks 1940-1942Jeffrey SammutBDL Publishing
Society Fashion in Malta: The Portrait Photography of Leandro Preziosi 1830-1869Caroline TonnaFondazzjoni Patrimonju Malti
The Front Page on the Frontline: The Maltese Newspapers and the Second WarMartin G. DebattistaMidsea Books
Decolonising the Maltese Mind: In Search of IdentityCharles XuerebMidsea Books
Slavery, Treason and Blood: The 1749 Plot of the Slaves in MaltaWilliam ZammitHeritage Malta

Il-Finalisti tal-Premju Terramaxka 2023

Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Ana u Zak Isalvaw il-PjanetaAudrey Friggieri; Vincianne Scerri (ill.)Merlin Publishers
Bejn Rima u Tbissima: Niskopru l-AnnimaliRebekah Grima; Kite Group (ill.)Kite Group
Flavia: in-nagħġa li kienet tibża'Maria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
Ħabiba ĠdidaRachelle Cortis; Naomi Gatt (ill.)Faraxa Publishing
Id-Dar tal-ĦolmMoira Scicluna ZahraMerlin Publishers
Il-Bużu u ż-Żarbuna MaġikaKelly Busuttil u Rita Saliba; Rebecca Zammit (ill.)Klabb Kotba Maltin
Jien u Beppe, Beppe u JienClare Azzopardi, Beppe Caruana; Kyle Xuereb Cunningham (ill.)Merlin Publishers
Luċjan u Enzo: is-sriedak li kienu jgħiru għal xulxinMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
Oreste: iż-żiemel li kien imkabbarMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
Stewart: il-ħanżir li kien buliMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
My Pet CloudEric Sameed Turner; Charis B. Chusna (ill.)Faraxa Publishing

Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
Ejja Nsajru Poeżija: Versi, Logħob bil-Kliem u Aktar...Trevor ŻahraMerlin Publishers
Il-Bebbuxu TrumbettaClaudia Aloisio; Matt Stroud (ill.)Klabb Kotba Maltin
Warda Żżur lil NannithaLouise Chircop, Naomi Gatt (ill.)Faraxa Publishing
Il-Kreatura taħt is-SoddaSimon Bartolo, José Luís Ocaña (ill.)Merlin Publishers
Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Ħabsi Bla ĦtijaJohn A. Bonello, Francesca Grech (ill.)Merlin Publishers
Tita Tmiss l-ArtClare Azzopardi, Glen Calleja; Naomi Gatt (ill.)Kotba Calleja

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher
ĠgantiDavid AloisioHorizons

Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin

Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher
Kieku Armadillo Jmur f’Ristorant (Ellen Fischer; Laura Wood ill.)Janet MalliaBDL Publishing
Kieku Ljunfant Imur l-Iskola (Ellen Fischer; Laura Wood ill.)Janet MalliaBDL Publishing
Nitgħallem il-Ħin ma' Lupu Lupettu (Orianne Lallemand; Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers

Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena

Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher
Il-Ġurnalista: L-Istorja ta' Daphne Caruana Galizia (Gattaldo)Immanuel MifsudKlabb Kotba Maltin
Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Il-Mohor Midrub (Juliette Parachini-Deny u Oliver Dupin; Ariane Delrieu ill.)Mark VellaMerlin Publishers
Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Il-Panda Ċkejkna Meħlus (Juliette Parachini-Deny u Oliver Dupin; Ariane Delrieu ill.)Mark VellaMerlin Publishers
Każ Miftuħ: Segwi l-Indizji! (Àngels Navarro; Jordi Sunyer ill.)Noel TantiMerlin Publishers

Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta

Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher
Sherlock, Lupin u Jien: Il-Katidral tal-Biża’ (Irene Adler; Iacopo Bruno ill.)Dwayne EllulMerlin Publishers

Share Article