Home / News / Dik l-Enerġija tal-Quad: Imraħ fil-Varjetà ta’ Pubblikaturi ta’ Kampus Kotba Back to News Dik l-Enerġija tal-Quad: Imraħ fil-Varjetà ta’ Pubblikaturi ta’ Kampus Kotba Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 6th March, 2024 Il-11-il edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus tinsab magħna, u għal din l-edizzjoni l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta wħud mill-aħjar pubblikaturi Maltin li tul tlitt ijiem se jkunu qed joffru għażla wiesgħa ta’ kotba ġodda, uħud minnhom bi skontijiet speċjali għall-istudenti u l-pubbliku. Il-pubblikaturi li se jipparteċipaw dis-sena huma l-Klabb Kotba Maltin/Midsea Books, Horizons, Ede Books, Faraxa Publishing, Kite Group, Kotba Calleja, SKS Publishers, Malta University Press u Malta University Distributors, kif ukoll esebituri oħra bħall-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Malti għall-Arti. Tipi differenti ta’ pubblikaturi – kotba li se jmissu lil kulħadd Fattur interessanti li se jikkaratterizza din l-edizzjoni huwa t-tipi differenti ta’ pubblikaturi li se jipparteċipaw, b’kotba li jvarjaw kemm fl-udjenza li jimmiraw lejha, fil-ġeneri letterarji jew akkademiċi li jittrattaw, u anki fil-produzzjoni nnifisha tal-ktieb bħala prodott kummerċjali. Kull pubblikatur se joffri perspettiva partikulari mis-suq lokali, u l-inħawi universitarji se jseddqu l-iskambju tal-ideat. Nistennew il-kwalità għolja ta’ kotba li issa drajna minn pubblikaturi stabbiliti u li ilhom magħna żmien, ngħidu aħna Klabb Kotba Maltin, Horizons, Kite Group jew SKS – pubblikaturi li għal għexieren ta’ snin ipproduċew il-kotba li kbirna bihom u li eventwalment studjajna bihom. Imbagħad hemm pubblikaturi li għalkemm ilhom inqas snin fis-suq, diġà ħarġu minn taħt idejhom kotba li baqgħu sejrin biex rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li huwa l-ogħla premju letterarju f’Malta li awtur u pubblikatur jistgħu jaspiraw għalih. Qed nitkellmu dwar pubblikaturi bħal Ede Books li tawna Marta Marta, jew Kotba Calleja li jipproduċu kotba bl-idejn bi stil tagħhom li jintgħaraf mill-ewwel, u li fost l-oħrajn fil-ftit snin li ilhom attivi ppubblikaw il-ġabra ta’ poeżiji tal-ewwel Poeta Lawreat ta’ Malta, Maria Grech Ganado. Għal min tinteressah il-letteratura dinjija tradotta għall-Malti, ma jistax ma jkunx kuntent bil-parteċipazzjoni ta’ Faraxa Publishing, li stabbilixxew katalgu ta’ kotba seminali li sabu ruħhom fl-espressjoni lokali. Għall-ewwel darba, se jkollna ż-żewġ pubblikaturi ewlenin ta’ materjal li joħroġ mill-Università ta’ Malta, bil-parteċipazzjoni tal-Malta University Press u tal-Malta University Distributors. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus se jseħħ bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu mid-9am ’il quddiem fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Id-dħul huwa b’xejn kemm biex iżżur lill-pubblikaturi u anki biex tattendi l-programm tal-attivitajiet. SHARE POST Related Articles Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More