Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Back to News Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Inizjattivi • Other 23rd April, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, illum fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur. Din hija waħda minn żewġ donazzjonijiet kbar li l-KNK jagħti kull sena lil Malta Libraries, sabiex nassiguraw li l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex jibqa’ jkollhom l-aħjar u l-aktar kotba riċenti ppubblikati f’Malta. Id-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, ippreżentat għadd ta’ kotba li jvarjaw minn kotba għall-adulti u ż-żgħażagħ kemm ta’ natura fittizja, mhux fittizja u akkademika, sa kotba għat-tfal. Fost dal-kotba wieħed isib rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023. Doreen Borg Zammit, Deputat Librara, laqgħet il-kotba f’isem Malta Libraries. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, il-KNK bi pjaċir qed jaqsam l-ewwel episodju tas-serje ‘Kif Isir Ktieb’, f’ħidma ma’ Lovin Malta. F’dan il-filmat, Franco Portelli minn Gutenberg Press, Glen Calleja minn Kotba Calleja, u Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jitkellmu dwar il-ktieb bħala prodott u l-proċess tal-produzzoni, kemm mil-lat industrijali u anki minn dak artiġjanali. Ibqgħu segwuna għaż-żewġ episodji li jmiss, li se jkunu magħkom dalwaqt! SHARE POST Related Articles Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More