Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Inizjattivi • Other 19th July, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali. Skop, Servizz u Tul L-iskop ta’ din l-Espressjoni t’Interess huwa li tfittex is-servizzi full-time t’Organizzatur Kultura fuq bażi ta’ kuntratt definit ta’ sena. Il-kandidat għandu jkollu kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF, ħakma eċċellenti kemm tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż, għarfien eċċellenti tal-Microsoft Office, kapaċi juża l-mezzi tal-midja soċjali, u għandu għarfien tal-industrija tal-ktieb Malti, tal-pubblikazzjoni u l-letteratura lokali. Esperjenza ta’ xogħol preċedenti fl-organizzazzjoni t’avvenimenti ħa tkun ikkunsidrata bħala vantaġġ. Il-post fejn il-Kandidat/a magħżul/a jagħti s-servizz tiegħu huwa fl-Uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke. Il-ħatra tkun għal perjodu ta’ sena (1) waħda, li tista’ tiġġedded jekk jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta’ prestazzjoni, fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ 40 siegħa. Sottomissjonijiet t’applikazzjonijiet Persuni interessati u li huma eliġibbli sabiex japplikaw għandhom jindikaw dan l-interess billi jibagħtu imejl fuq nationalbookcouncil@gov.mt u jehmżu ittra u s-CV tagħhom, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tad-29 ta’ Lulju 2022 u jindikaw fl-imejl is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni tal-Interess (Services of Cultural Organiser – EOI 1/2022). Ħlas Qed tiġi offruta remunerazzjoni (paga bażika) ta’ €26,000 fis-sena. Aqra l-Espressjoni ta’ Interess fl-intier tagħha minn hawn. It-tħabbira tista’ tinqara fuq il-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More